Malta fost 11-il pajjiż tal-UE li jaqblu fuq it-triq 'il quddiem biex jinfetħu l-fruntieri Ewropej

Malta u 10 pajjiżi oħrajn fi qbil mal-modi ta' kif se jerġa jkun irrestawrat il-moviment ħieles f'pajjiżi tal-UE

Skont stqarrija tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż, Malta hija fost 11-il pajjiż illi l-Ministri tall-Affarijiet Barranin tagħhom qablu dwar it-triq 'il quddiem biex ikun restawrat il-moviment ħieles bejn pajjiż u ieħor fl-Unjoni Ewropea, aktar kmieni llum. 

Il-Miinistri kienu ta' Malta, il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall, l-Islovenja, Spanja u Ċipru. 

Waqt il-konferenza l-Ministri sostnew illi r-restawr mill-ġdid tal-moviment ħieles bejn pajjiż tal-UE u ieħor, għandu jkun għan kolletiv u li dan il-moviment għandu jinfetaħ għal dawk kollha li jixtiequ jsiefru fuq xogħol, edukazzjoni jew inkella għal raġunijiet privati.  Malta, ma' dawn il-11-il pajjiż,qablu wkoll li dan il-moviment għandu jsir bi proporzjonalità u bla diskriminazzjoni. 

Skont il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż il-Ministri laqgħu b'pożittività il-gwidi tal-Kummssjoni Ewropea l-ġimgħa l-oħra għal turiżmu u trasport għal bqija ta' din is-sena u aktar. 

Il-Ministri ħeġġew lill-pajjiżi biex gradwalment jibdew jaħsbu f'miżuri ta' sigurtà għal dawk li jkunu qed jaslu jew jitilqu minn pajjiż għal ieħor. 

More in Politika