Ikomplu d-diskussjonijiet fuq livell Ewropew dwar il-protokolli għal meta jinfetħu l-ajruporti

Il-Ministru għat-Turiżmi Julia Farrugia Portelli ħadet sehem fit-tieni laqgħa virtwali ministerjali tal-Presidenza Kroata tal-Unjoni Ewropea

Il-Ministru għat-Turiżmi Julia Farrugia Portelli ħadet sehem fit-tieni laqgħa virtwali ministerjali tal-Presidenza Kroata tal-Unjoni Ewropea fejn kompla jiġi diskuss is-settur tat-turiżmu, l-aktar settur li fuqu kien hemm impatt negattiv minħabba l-imxija tal-COVID-19.

Fost oħrajn id-diskussjoni kompliet dwar l-ivvjaġġar meta jinfetħu l-ajruporti internazzjonali ta’ pajjiżi differenti fejn kien hemm qbil li jrid ikun hemm protokolli ċari ta’ kif passiġġier irid jivvjaġġa qabel jaqbad it-titjira.

Min-naħa tagħha, il-Ministru Farrugia Portelli esprimiet il-pożizzjoni ta’ Malta fuq it-turiżmu dwar il-bżonn li jkun hemm protokolli ċari kif qed isir f’pajjiżna fuq numru ta’ stabbilimenti. 

Aqra hawn x’qalet mal-gazzetta ILLUM il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli.

More in Politika