Il-każi attivi jitilgħu għal 113 hekk kif jirriżultaw 15-il każ ġdid u ħamsa jfiequ

Fost dawk li rriżultaw pożittiv kienu żewġt itfal ta' sentejn

Fl-aħħar 24 siegħa Malta kellha 15-il każ ġdid ta' Coronavirus minn total ta' 1,670 test.  Minn naħa l-oħra fiequ ħames persuni oħra, biex it-total ta' każi attivi tela' għal 113.  Il-każi tal-lum jimmarkaw żieda  - minn 0.7% għal 0.9% - ta' dawk li rriżultaw fil-pożittiv mit-total ta' testijiet li saru fl-aħħar jum.

Fost dawk li irriżultaw fil-pożittiv fl-aħħar jumejn (ilbieraħ ma kienx hemm konferenza) hemm żewġt itfal ta' sentejn.  Il-każi l-oħrajn kienu:

  • Student ta' 15-il sena li kellu griżmejh juġgħuh u kellu sturdament
  •  Mara ta' 24 sena li kellha qtugħ ta' nifs, uġigħ ta' ras  u diarrhoea
  •  Mara ta' 59 sena li kellha wkoll uġigħ ta' ras u diarhorrea
  •  Raġel ta' 67 sena li kellu uġigħ ta' ras
  • Raġel ieħor ta' 72 sena li wkoll kellu diarhorrea
  •  Mara ta' 82 sena li qegħda f'dar tal-anzjani u li bdiet tbati minn qtugħ ta' nifs
  •  Mara li hija ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li kienet diġa' fi kwarantina u kienet irriżultat fin-negattiv
  • Raġel li kien pazjent u ntbagħat fi kwarantina u meta reġa' daħal l-isptar irriżulta fil-pożittiv
  • Raġel ta' 17-il sena li kellu kuntatt ma' xi ħadd fil-familja li kien pożittiv
  • Mara Indjana li hija wkoll ħaddiema fil-qasam tas-saħħa
  • Raġel ta' 35 sena bla sintomi imma li kellu kuntatt ma' xi ħadd li kien pożittiv
  • Mara mill-Pakistan li hija ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

It-tnax-il każ l-ieħor kienu ta' persuni bla sintomi.

 

More in Politika