Il-MAPHM twissi illi diskors li jagtħi l-impressjoni li kollox għadda huwa 'perikoluż'

L-Assoċjazzjoni tal-Mediċina fis-Saħħa Pubblika tgħid illi bil-każi ġodda li qed ikollna, jidher li Malta bdiet it-tieni mewġa tal-pandemija

Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni tal-Mediċina fis-Saħħa Pubblika qalet illi minkejja riżultati tajbin in-numru ta' każi attivi reġa' qed jiżdied mill-ġdid.  "L-R Factor reġa' qiegħed dejjem iktar minn 1 għall-aħħar ġimgħa u n-numru ta' każi ġodda huma ogħla - per capita - minn Spanja, il-Ġermanja u Franza."

L-Assoċjazzjoni sostniet illi dan probabbilment ifisser li qegħdin fil-bidu tat-tieni mewġa tal-pandemija.

Imma mhux hekk biss, l-Assoċjazzjoni wissiet illi diskors fis-sens illi kollox għadda huwa perikoluż.  "Issa aktar minn qatt qabel hemm bżonn li nżommu mal-miżuri ta' saħħa li pproteġuna sa issa.  Irridu kontinwament inġeddu d-determinazzjjoni li nżommu l-iddistanzjar soċjali, ma jkollniex kuntatti mhux neċessarji u li meta noħorġu nkomplu nużaw il-maskri."

L-Assoċjazzjoni temmet tappella biex id-deċiżjonijiet li jieħu l-Gvern ikunu dejjem ibbażati fuq prinċipji u kunsiderazzjonijiet ta' saħħa u epidemjoloġiċi.  "Jekk is-sitwazzjoni tintilef minn taħt il-kontroll tagħna l-affarijiet jistgħu biss jiggravaw."
 

More in Politika