'Għażiż pa ...' messaġġi ta' dieqa u kondoljanzi hekk kif il-Covid-19 taħsad il-ħajja ta' tabib

Il-pajjiż iqum maħsud bis-sitt vittma tal-Covid-19 ... messaġġi ta' kondoljanzi u qsim il-qalb għall-iżgħar vittma tal-Covid-19 f'pajjiżna sal-lum

Missier u bint...
Missier u bint...

Lilhinn minn numri u statistika dwar il-coronavirus hemm ir-realtà ta' sitt familji, sa issa, fil-pajjiż illi għalihom dan il-virus fisser it-telfa ta' xi ħadd mill-aktar għeżież tagħhom.  Iktar kmieni llum tħabbret is-sitt mewta kaġun tal-Coronavirus u mill-ewwel bdew jinkitbu ħafna messaġġi ta' kondoljanzi u qsim il-qalb, forsi l-aktar notevoli huwa l-messaġġ li ħalliet bintu, Hannah. 

"Għażiż missier ma nistax nemmen li qed nikteb dan," tibda tgħid qabel imbagħad tgħid illi l-ebda kliem ma jistgħu qatt jesprimu kemm se tħoss in-nuqqas tiegħu. "Kburija ngħid illi għamilt dak kollu possibbli biex tħossok komdu, mifhum u maħbub..." 

Bint it-tabib ta' 53 sena li miet illum mill-Covid-19 ttemm tgħid li l-unika konsolazzjoni hija li issa m'għadux f'battalja kontinwa għal ħajtu. 

Il-Covid-19 huwa tip ta' virus li jolqot l-aktar lil dawk li huma akbar fl-età kif ukoll dawk li diġà għandhom numru ta' kumplikazzjonijiet.  Sa issa t-tabib li ħalla ħajtu huwa l-iżgħar vittma tal-marda f'pajjiżna li fl-aħħar jiem kien qed jirreġistra numri iżgħar ta' każi, ħafna minnhom ikkonċentrati fi sptarijiet.

Din il-mewt, forsi ftit iktar mill-ħamsa ta' qabel ħasdet lill-pajjiż li huwa mifhum li beda jimxi fit-triq tal-fejqan tant li bħal ħafna pajjiżi oħrajn beda jirrilassa xi ftit mill-miżuri li l-Gvern kien ħa biex jirrestrinġi l-moviment tan-nies fil-pubbliku. 

 

 

 

More in Politika