Uffiċjal tas-Sigurtà tal-PM kien iltaqa' ma' Melvin Theuma biex jgħaddi messaġġ lill-akkużati

Kenneth Camilleri li dak iż-żmien kien uffiċjal tas-sigurtà tal-PM kien iltaqa' ma' Melvin Theuma biex jgħaddi messaġġ lit-tliet persuni akkużati bil-qtil ta' Daphne

Melvin Theuma, l-allegat intermedjarju fil-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia dalgħodu qal fil-Qorti li kien iltaqa' ma' ċertu "Kenneth," impjegat f'Kastilja biex jgħaddi messaġġ lit-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Is-sit illum.com.mt jista' jikkonferma li dan Kenneth ma' huwa ħadd għajr Kenneth Camilleri, eks Pulizija u li fl-2013 kien trasferit fis-Servizzi Nazzjonali tas-Sigurtà u aktar tard kien ukoll uffiċjal tas-sigurtà tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Skont Melvin Theuma, dan Camilleri ltaqa' miegħu biex jgħaddi messaġġ li t-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li kellhom jieħdu miljun ewro kull wieħed wara li jingħataw il-ħelsien mill-arrest. Dan ma ngħatax u għalhekk flus ma għaddewx.

"Ħadd ma bagħat għalih," qal Theuma waqt li insista li qallu li kien se jmur hu stess għand Keith.

Isem Keith Schembri, issemma wkoll waqt ix-xhieda, meta Melvin Theuma qal li ftit jiem biss wara li informa lil Alfred Degiorgio li kellhom joqtlu lil Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech kien ċempillu u qallu li Sandro Craus, assistent personali tal-Prim Ministru, kellu jirranġalu appuntament ma' Keith Schembri.

Melvin Theuma ma' Keith Schembri
Melvin Theuma ma' Keith Schembri

Theuma mar u ltaqa' ma' Keith Schembri u Craus informah (dejjem skont Theuma) li kienu qed jagħtuh xogħol mal-Gvern.

Tul ix-xhieda, Melvin Theuma qal li l-mandant tal-qtil huwa Yorgen Fenech u meta mistoqsi jekk kienx hemm persuni oħra li kellmuh, Theuma insista li Fenech biss kellmu u hu biss ħalsu u għalhekk, għalih Yorgen Fenech biss hu l-mandant.

Dwar l-ittra li kiteb u li fiha implika lil Keith Schembri bħala kompliċi ta' Fenech, Melvin Theuma qal li niżlu għax Yorgen Fenech u Keith Schembri "kienu ħbieb kbar."

Interessanti wkoll kif waqt ix-xhieda ta' Theuma, irriżulta li Yorgen Fenech kien jaf minn qabel li kien se jsir rejd fit-tinda tal-Patata f'Diċembru tal-2017, tant li Fenech kien wissa lil Theuma dwar dan madwar ħamest ijiem qabel.

Kien sospiż ...

Intant Transport Malta kkonfermat li Camilleri kien jaħdem u issa dan kien sospiż

More in Politika