Filmat | Chris Cardona ma jlissinx kelma huwa u dieħel Kastilja

Cardona kien mistoqsi dwar jekk hux se jirriżenja wara li hu u anke membru mis-segretarjat tiegħu ntalbu jmorru d-Depot

Il-Ministru Chris Cardona ma lissinx kelma hu u dieħel Kastilja għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari mdawwar b' għadd ta' ġurnalisti.

Cardona kien mistoqsi dwar jekk hux se jirriżenja wara li hu u anke membru mis-segretarjat tiegħu ntalbu jmorru d-Depot biex ikunu mitkellma mill-Pulizija.

Għal dawn il-mistoqsijiet, Cardona għaddas rasu u baqa' dieħel.

Ilbieraħ membru mis-Segretarjat tal-Ministru Chris Cardona intalab imur id-Depot u dan wara li s-Sibt, l-istess Ministru wkoll ġie mitkellem mill-Pulizija aħbar li kkonferma hu stess aktar tard, fejn fost oħrajn qal li kien mistoqsi dwar il-każ tal-burdell Acapulco. 

Fil-fatt f'kummenti mal-illum.com.mt, ftit wara li telaq mid-Depot, Cardona qal illi hu kien mistoqsi, fost l-oħrajn, dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' Melvin Theuma (l-allegat sensar li qed jitlob il-maħfra Presidenzjali), jekk ħallasx xi flus lil xi ħadd relatat mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u għalfejn waqqa' l-libelli kontra l-istyess Caruana Galizia.

Ara wkoll:

More in Politika