Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-aħbar li l-allegat intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie arresat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia appella lill-Gvern biex juża l-mexxi kollha, inkluż dawk eċċezzjonali biex jinqabad il-moħħ wara l-assassinju.
Fi stqarrija, il-Kap Nazzjonalista appella hekk: “l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta' natura eċċezzjonali u fakoltattivi sabiex jinqabad min ordna, iffinanzja u eżegwixxa l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.”
Delia temm irodd ħajrlill-membri tal-ġudikatura u l-investigaturi kollha nvoluti fil-proċess biex issir ġustizzja ma' Daphne Caruana Galiziau anke mal-ġurnalisti “li jipperikolaw ħajjithom fit-tfittxija għall-verità kif ukoll mas-soċjetà Maltija kollha kemm hi.”
Aqra wkoll: