Kull min kien qed jara Xarabank ilbieraħ innota li f'ħin minnhom instema' għajjat kbir u isteriku mill-udjenza.
Illum qed idur filmat fuq il-midja soċjali u anke siti tal-aħbarijiet li juru l-mument tal-ġlied bejn in-nies li kienu fl-udjenza hekk kif il-programm kien qed jiddiskuti l-PN u l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Adrian Delia.
Il-midja tal-Partit Nazzjonalista qed tirrapporta illi l-ġlied bdieh is-Sindku ta' Ħal Luqa; John Schembri, missier is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri. Min-naħa l-oħra l-midja tal-Partit Laburista qed tippunta subgħajha lejn l-attivisti Nazzjonalisti li f'ħin minnhom fil-filmat jidher is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli jipprova jikkalmahom.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....