L-avukati ta' Liam Debono għadhom kif fetħu Protest Ġudizzjarju fil-Qorti illi fih qed jgħidu illi l-preżenża tal-President Marie Louise Coleiro Preca fil-mixja favur il-Pulizija, ftit jiem wara l-inċident li kien jinvolvi lil Debono u lill-Kunstistabbli Simon Schembri, seta' kiser id-dritt tal-akkużat għal smiegħ xieraq.
L-Avukat ta' Debono, Franco Debono, ma' dan is-sit saħaq illi meta l-President skjerat ruħha kienet qed tieħu pożizzjoni favur naħa u kontra oħra meta l-każ kien għadu lanqas biss beda jinstema' u meta l-akkużat kien għadu, kif fil-fatt għadu sa issa, meqjus innoċenti.
Il-protest ifakkar li l-President m'għandhiex tipparteċipa f'materji ta' kontroversja "u xejn ma jista' jkun aktar kontroversjali minn proċeduri kriminali..". Fil-protest jingħad illi l-preżenza tal-President Marie Louise Coleiro Preca fit-tali mixja "faċilment toħloq preġudizzju irrimedjabbli għall-akkuzat peress li jista' jikkundizzjoni l-opinjoni pubblika."