'Jien ma mortx nistaħba. Mort niffaċċja lil media u niddefendi isem pajjiżna'

  •  Il-Gvern lest li joffri offerta monetarja għal min ikun lest jiġi 'l quddiem bl-informazzjoni
  • Jinsisti għal bżonn ta' għaqda nazzjonali u jwiegħed li se jiġġieled biex jilqa' għal kritika li jista jaqla pajjiżna

Joseph Muscat fuq il-programm Dissett
Joseph Muscat fuq il-programm Dissett

Mitlub jikkumenta dwar messaġġ iebes li ħalla Matthew Caruana Galizia u li fih qed jitfa' t-tort ta' dak li ġara lill-ommu f'ħoġor Muscat, il-Prim Ministru Joseph Muscat żamm il-bogħod illi jwieġeb direttament dwar il-kummenti partikolari. Hu qal iżda illi "kieku sibt lill-ommi mqatta' biċċiet kont nikteb agħar milli kiteb (Caruana Galizia)."  

'Ma mortx nistaħba. Mort niffaċċja l-media internazzjonali u mort niddefendi isem pajjiżna u hekk se nibqa' nagħmel. Nispera li hawn Malta jkollna front magħqud. Għalhekk hemm bżonn ta' għaqda nazzjonali u jien se nkun fuq quddiem nett biex nilqa' għall-pajjiż u Malta tkompli miexja 'l quddiem." Muscat kien intervistat aktar kmieni illum fuq l-istazzjon tas-CNN. 

Muscat li kien qed jitkellem waqt programm speċjali ta' Dissett Muscat qal li l-Gvern se jagħmel minn kollox biex dan il-każ ikun solvut. "Apparti l-familja, huwa fl-interess tiegħi li dan il-każ ikun solvut," sostna Muyscat li fakkar kif dan il-qtil tefa' l-attenzjoni kollha tal-pajjiż fuqu bħala Prim Ministru. 

Muscat qal illi apparti nies mill-Olanda u mill-FBI, il-Gvern Malti rċieva diversi messaġġi minn pajjiżi oħrajn li qed juru illi lesti jgħinu lill-awtoritatajiet Maltin. 

kieku sibt lill-ommi mqatta' biċċiet kont nikteb agħar milli kiteb (Matthew Caruana Galizia) Il-PM Joseph Muscat

"Dan huwa mument diffiċli għalina wkoll u ma nistax inġerraħ kif xi ħadd ineħħi ħajja ta’ persuna." Mistoqsi jekk għandux jirreżenja kif talab Delia,  Muscat sostna li "huwa fl-interess tiegħi u għandi kull interess li jitressqu għall-ġustizzja. In-nies eleġġewni bħala kap tal-pajjiż u jien irrid nara li l-pulizija jkollhom ir-riżorsi biex imexxu fuq dan il-każ," sostna Muscat. 

Intant il-PM Muscat qal li l-Gvern, apparti l-ħidma tal-Pulizija, qed jikkunsidra xi forma ta' offerta monetarja mill-istat għal min jiġi 'l quddiem b'informazzjoni. 

More in Politika