Simon jitlob lil President u lis-servizzi sigrieti fost l-oħrajn biex jingħaqdu u jneħħu lil Prim Ministru

‘Indur ukoll fuq il-pulizija biex ineħħu lil Kummissarju li flok investiga mar imexmex il-fenek’

 

Il-Kap tal-oppożizzjoni kellem lil folla kbira ta’ eluf ta’ Maltin fi Pjazza San Ġorġ, bi kliem iebes u mqanqal kontra l-Prim Ministru fejn talbu jirriżenja u talab ukoll l-għajnuna tal-awtoritajiet kollha tal-pajjiż, mill-kbir saż-żgħir, biex jingħaqdu flimkien u jneħħu lil Prim ministru li skont Busuttil ma jridx jitlaq.

Fl-istess waqt kellu kliem dispreġġativ u sarkastiku fuq il-kummissarju tal-pulizija li qal li flok investiga l-allegazzjonijiet f’Pilatus Bank mar imexmex il-fenek. Simon irringrazzja wkoll lil Kap tal-Partit Demokratiku Mżrlene Farrugia għal kuraġġ kbir li kellha li meta kien l-aktar ħaġa diffiċli li tagħmel li titlaq minn ma’ partit fil-gvern, ħarset lejn l-integrita tal-pajjiż u għażlet li tiġġieled il-korruzzjoni. Il-kap tal-Oppożizzjoni fost l-entużjasmu tal-eluf preżenti qal ukoll li quddiemu kien qed jara t-twelid ta’ Forza Nazzjonali li trid tiġġieled favur Malta nadifa u kontra "l-klikka kriminali korrotta".

Busuttil beda d-diskors tiegħu billi qal li Pajjiżna jinsab taht il-lenti tad-dinja għax ghandu prim ministru taht investigazzjoni. “Fl-ebda pajjiż normali ma ssib prim ministru taħt inkjesta maġisterjali li jibqa prim ministru. Pajjiżna jinsab fi stat ta emerġenza nazzjonali u dan qed jiġri għax qatt fl-istorja ta pajjiżna ma kellna sitwazzjoni li l-persuna fl-ogħla kariga ta poter kienet taħt shaba ta korruzzjoni kif għandna llum.”

Sadattant kif forsi ħafna stennew li l-Kap tal-oppożizzjoni se joħroġ xi provi konkreti li juru li l-kont tal-Panama ta’ Egrant hu tal-mara tal-prim ministru kif ġie allegat minn Daphne Caruana Galizia, iżda Busutil qal, “Il- prim ministru irid il-provi minn għandna u aħna ngħidulu li l-provi qegħdin fl-aġir tiegħek stess u mhux biss f’din l-aħħar sena iżda minn meta ħadt il-ġurament tal-ħatra.” Busuttil elenka l-fatti kollha li wasslu għal din id-dimostrazzjoni li kien qed isejħilha nazzjonali u mhux nazzjonalista minn meta nfetħu t-tliet kumpaniji sigrieti minn Brian Tonna, sa meta saret  l-aħħar allegazjoni li t-tielt kumpanija kienet tal-mara tal-prim ministru fi tmiem din il-ġimgħa. Busuttil qal li meta l-poplu Malti jiġi mkistoqsi min hu Ġuda, “il-poplu qed jipponta subgħajh lejn Muscat, li dalgħodu ħalef quddiem alla li qed jgħid il-verita. Int diġa ħlift quddiem alla l-lealta tiegħek lejn il-pajji meta ħadt il-ġurament ta’ Prim Ministru u dan int ksirtu, mela issa kif nistgħu nemmnuk meta taħlef quddiem Alla. F’ġieħ is-sewwa Itlaq issa”

Fost l-għajjat tal-folla ta’ ‘Barra, Barra’ Busuttil dar fuq diversi awtoritajiet u talabhom bie xjingħaqdu flimkien biex ineħħu lil Muscat u ipponta subgħajh ukoll lejn il-pulizija bie xineħħu lil Kummissarrju li flok investiga il-bank ta’ Pilatus waqt l-allegazzjoni li saret, “mar imexmex il-fenek”.

Il-Kap tal-opppożizzjoni talab lil President ta’ Malta li skont hu hi mara maħbuba għall-onesta tagħha li għalkemm m’għandiex saħħa legali biex tneħħi lil prim ministru, għandha l-awtorita morali biex tagħmel dan. Talab lid-deputati laburisti l-oħra, lill-imsieħba soċjali, lit-trade unions, lil media indipendenti, fuq l-awtoritajiet tal-pajjiż, l-avukat ġenerali, l-MFSA, is-servizzi sigrieti, l-FIAU u liż-żgħażagħ kollha “ għamlu dak li hemm bżonn għal pajjiżna. Kulma rrid li tkunu ċittadini maltin u li timxu wara l-bandiera ta’ pajjiżna, biex inneħħu lil prim ministru li ma jridx jitlaq. Jekk tagħtuni l-fiduċja se nnaddaf is-sistema politika darba għal dejjem u immedjatament wara l-ġurament ta’ prim ministru nordna investigazzjoni u nwiegħed ġustizzja f’pajjiżna u ħaqq mal-kriminali li mingħalihom iridu jkomplu jmexxu.”

Qabel il-Kap tal-oppożizzjoni tkellmet l-Kap tal-Partit demokratiku Marlene Farrugia li għamlet eloġju lil Daphne Caruana Galizia u faħħritha għas-sagrifiċċju li qed tagħmel biex toħroġ dawn il-fatti. Tkellm ukoll l-eks chairman tal-Alternattiva Michael Briguglio li semma li l-pajjiż inħakem minn gang kriminali b’kummissarju tal-pulizija ‘made in Zimbabwe’. Talab li jrid ir-riżenja ta’ Muscat għax irid li “Malta tkun tagħna lkoll u mhux tagħhom biss.”

 

More in Politika