'Flok imexxi l-Kunsill Ewropew Konrad Mizzi suppost qed jiġi nvestigat mill-pulizija' - PN

Il-Partit Nazzjonalista jkompli jgħid li "Muscat lest li jarmi lil pajjiżna..."

Ritratt: Ray Attard
Ritratt: Ray Attard

"Il-preżenza ta' Konrad Mizzi biex imexxi l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-Enerġija dalgħodu fi Brussell hija konferma ta' kemm Joseph Muscat lest jarmi isem pajjiżna, basta jgħatti xturu..." tibda tgħid stqarrija tal-Partit Nazzjonalista.

Il-PN jgħid li Konrad Mizzi huwa l-uniku Ministru fl-Unjoni Ewropea li nqabad li fetaħ kumpanija sigrieta fil-Panama biex fiha jpoġġi miljun ewro fis-sena, li ġejjin mill-commissions. Kif spjegaw il-membri tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew tal-PANA, dan il-każ hu "textbook case of money laundering". L-istqarrija tal-PN kompliet itenni li l-ħasil tal-flus huwa reat kriminali li jġib mieghu tmintax-il sena prigunerija

"Flok imexxi l-Kunsill Ewropew, Konrad Mizzi suppost qed jiġi investigat mill-Pulizija, li iżda, għadha m'għamlet xejn wara li rċeviet ir-rapport tal-FIAU, l-aġenzija li tinvestiga l-frodi u l-ħasil ta' flus, is-sena li għaddiet. Id-deċiżjoni ta' Joseph Muscat li jibqa' għaddej turi li mhux biss lest jinjora xi jħossu n-nies imma lest jarmi wkoll isem pajjiżna. Basta jghatti xturu." ittemm l-istqarrija
 

More in Politika