Angela Merkel, ħabbret ilbieraħ li se terġa' tikkandida ruħha fl-elezzjoni għall-Kanċellier tal-Ġermanja li se ssir is-sena d-dieħla, bit-tama li tagħmel ir-raba' terminu tagħha bħala Kanċellier f'dak li hiha ddeskriviet bħala "sinjal ta' stabbilità wara l-vot BREXIT tar-Renju Unit u l-elezzjoni ta' Donald Trump bħala President tal-Istati Uniti"
Il-Kanċillier mill-Partit Konservattiv, qed tiffaċċja nuqqas ta' fiduċja u popolarità fost numru kbir ta' Ġermaniżi minħabba l-politika tagħha favur l-immigrazzjoni, iżda minkejja dan, mill-aħħar stħarriġ li sar fil-pajjiż jidher li 55% tal-elettorat xorta jikkunsidra jivvota biex Merkel tagħmel ir-raba' terminu tagħha bħala Kanċellier.
Id-deċiżjoni ta' Merkel li tiftaħ il-fruntieri tal-pajjiż għal aktar minn 900,000 immigrant minn pajjiżi tal-ilvant nofsani, kienet sorsi ta' rabja u protesti fost ħafna Ġermaniżi u minkejja l-istħarriġ li s'issa qed ipoġġiha fil-vantaġġ, xi statistiċi diġà qed iħabbru li l-Ġermanja u l-Ewropa jafu jesperjenzaw dak li qed isejħu "l-effett Trump", jekk is-sentiment tal-lemin estrem jibqa' jikber fil-pajjiż.
F'Settembru li għadda, wara telfa għas-CDU f'elezzjoni statali f'Berlin, merkel issorprendiet il-pajjiż meta meta saħqet li tixtieq kieku setgħet treġġa l-ħin lura dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, iżda f'ebda mumnet ma qalet li l-politika li addottat kienet żbaljata.