Sellef €10,000 lill-Partit Nazzjonalista u jtihomlok lura f'10 snin

L-iskema se tkun amministrata minn Anne Fenech u Alex Perici Calascione

Il-PN jridek issellfu €10,000
Il-PN jridek issellfu €10,000

L-aħħar skema tal-Partit Nazzjonalista biex jiġbor ftit mid-dejn kbir li mid-dehra "sab" wara l-aħħar elezzjoni hija pjuttist iteressanti. Il-PN qed jitolbok tagħtih €10,000 li jtihomlok lura f'10 snin b'rata ta' ineterssi ta' 4%. Dan ifisser illi jekk tagħti €10,000 lill-PN wara 10 snin ikun tak €14,802. 

Din l-iskema se tkun amministrata minn Anne Fenech u Alex Perici Calascione u tiġi wara l-bejgħ tal-każini tal-PN f'San Ġiljan u Bormla, fost l-oħrajn. Nies fi ħdan il-PN ma ħadu xejn tajjeb il-bejgħ ta' dawn il-każini u jidher li lanqas din l-aħħar talba mhi se tinżel wisq tajjeb ma' eluf ta' partitarji li kienu dejjem minn ta' quddiem biex jagħtu donazzjoni ta' bejn €10 jew €25 f'xi maratona.

 



 

More in Politika