Il-Partit Nazzjonalista bi proġett għall-anzjani Furjaniżi

Jipproponu Dar tal-Anzjani u Day Care Centre

Jipproponu Dar tal-Anzjani u Day Care Centre
Jipproponu Dar tal-Anzjani u Day Care Centre

Waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista fil-Floriana ppreżentaw proġett konkret għall-anzjani tal-lokalità bil-għan li l-anzjani Furjaniżi jgħixu l-aħħar snin ta’ ħajjithom f’aktar serenità u kumdità. Il-proġett konkret propost huwa Dar tal-Anzjani kif ukoll Day Care Centre li jospitaw numru ta’ anzjani fl-ambjent li jixirqilhom.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco li sostna li bil-proġett konkret li qed jiproponi, l-Partit Nazzjonalista jrid jagħmel differenza fil-ħajja tal-anzjani Furjaniżi. Mario de Marco qal li din hi d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista : filwaqt li l-Partit Laburista, waqt din il-kampanja elettorali ffukat fuq in-negattivita u l-attakki fil-konfront tal-Oppożizzjoni, l-Partit Nazzjonalista qed jiproponi proġetti konkreti li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.

Minn naħa tiegħu, x-Shadow Minister tal-Ekonomija Claudio Grech qal li l-Furjaniżi għandhom bżonn Kunsill Lokali li jitratta bi prijorità l-isfida li għandha l-lokalità ta’ popolazzjoni li dejjem tonqos. Hu qal li filwaqt li l-Kunsill Lokali tal-Floriana fl-aħħar snin ħadem fuq numru ta’ inizjattivi, issa jidher biċ-ċar li r-rata tal-popolazzjoni fil-lokalità tinsab f’sitwazzjoni prekarja. Din il-proposta konkreta li tindirizza b’mod konkret din l-isfida, sostna Claudio Grech.

 

Ix-Shadow Minister tal-Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici faħħret l-inizjattiva tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista u ħeġġet kandidati oħra biex jieħdu eżempju mill-kandidati tal-Floriana biex jieħdu dawn it-tip ta’ inizjattivi. Hi qalet li l-età medja tar-residenti tal-Floriana hi ta’ 57 sena, u hu għalhekk li l-proġett konkret jinkludi żewġ inizjattivi : dik tad-Day Care Centre kif ukoll tad-Dar tal-Anzjani.

 

More in Politika