Fil-programm Mill-Kamra s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul saħaq illi s-settur tal-ħaddiema mhuwiex settur "tal-barranin" kif jgħid illi hemm min jaħseb u jirraġuna, imma settur li fih qiegħed u jista' jaħdem kulħadd. U allura Ellul jgħid li kien għalhekk illi l-Gvern ppropona u se jkun qed iressaq bħala Avviż Legali l-bidliet relatati ma' dawn il-ħaddiema.
Huwa fakkar li dan il-fenomenu mhux biss kiber imma "sploda" waqt il-pandemja, meta ix-xufiera bil-muturi bil-kaxxi, mimlijin ikel saru xena komuni ħafna. Għall-mistoqsija tal-programm Ellul qal li l-affarijiet damu ftit minħabba li kellha ssir investigazzjoni qabel ma fil-fatt tittieħed azzjoni.
Huwa kompla jgħid li din l-investigazzjoni mhux biss irriżultat f'azzjoni imma wkoll irriżultat fi stampa aktar ċera tas-sitwazzjoni: Abbużi, impjieg mingħajr kuntratt, kuntratt li jistipula paga meta l-paga tkun differenti. overtime li ma jitħallasx, prekarjat. "B'dak li qed inressqu aħna qegħdin pass 'il quddiem mill-pajjiżi l-oħra ewropej."
Huwa fakkar li l-kumpaniji għandhom tliet xhur ċans sabiex jikkonformaw mal-liġi.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....