Il-11-il episodju tal-programm ta' kull nhar ta' Ħamis fis-6L30 p.m fuq TVM News+, jiltaqa' ma' Beppe Fenech Adami bħala ċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi u jistaqsih x'inhu eżatt l-irwol ta' dan il-Kumitat, għalfejn ilu tant jiddiskuti l-kuntratt tal-Electrogas u x'jaħseb dwar is-sessjonijiet li fihom deher quddiem il-Kumitat l-eks Ministru Konrad Mizzi.
Fit-tieni parti tal-programm Mill-Kamra nitkellmu dwar l-ambjent u nistaqsu lill-Ministru Aaron Farrugia u d-Deputat Robert Cutajar, dwar inizzjattivi leġiżlattivi quddiem il-Parlament, kif ukoll proposti u kritika li ressqu fil-Kamra tar-Rappreżentanti u lilhinn minnha dwar dan is-suġġett.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....