Mill-Kamra | Baġit soċjali jew tar-rigali? U x'jaħsbu dwar id-diskorsi ta' Grech u Abela?

Il-Ministru Michael Falzon, Ivan Bartolo, Robert Cutajar u Glenn Bedingfield iwieġbu...

Episodju numru Erbgħa tal-programm Mill-Kamra - li qed jidher fuq TVM News+ kull nhar ta' Ħamis fis-6:30 p.m - jibda jagħti ħarsa lejn uħud mill-Ministeri li qed ikunu diskussi fl-Estimi tal-Baġit, bl-ewwel ikun il-Ministeru tas-Solidarjetà Soċjali, Familja u Faqar. 

Imma dan kien baġit soċjali jew sempliċiment baġit bir-rigali? Il-Ministru Michael Falzon u d-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo jwieġbu. 

Intant Mill-Kamra staqsa lill-Whip Nazzjonalista u Deputat Robert Cutajar biex janalizza d-diskors tal-PM Robert Abela u lill-Whip Laburista u Deputat Glenn Bedingfield biex janalizza d-diskors tal-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, b'reazjoni għall-Baġit 2022. 

More in Mill-Kamra