Mixja storika ġdida fil-Kottonera tagħti l-ħajja lill-wirt tal-ilma

Il-Mixja storika tal-Ġibjuni Alter Aqua fil-Kottonera toffri esperjenza unika fejn il-wirt storiku tal-ilma ta’ Malta jiltaqa’ ma’ soluzzjonijiet sostenibbli moderni, billi tgħaqqad storja, teknoloġija, u reżiljenza f’vjaġġ affaxxinanti

Reservoirs of Malta - Steven Mallia 18
Reservoirs of Malta - Steven Mallia 18

Mixja storika ġdida fil-Kottonera qed toffri mod uniku kif nies lokali u viżitaturi jistgħu japprezzaw il-wirt tal-ilma ta’ Malta. Il-Mixja tal-Ġibjuni tal-Ilma ta’ Alter Aqua, imnedija bħala parti mill-proġett kurrenti Alter Aqua, jieħu lill-parteċipanti fuq vjaġġ iggwidat bi 12-il waqfa fil-Birgu, li jixħet dawl fuq l-importanza kbira li kellhom dawn il-ġibjuni tul l-istorja ta’ Malta.

Dawn il-ġibjuni, b’uħud minnhom imorru lura għas-seklu 16, kienu essenzjali għall-ħażna tal-ilma, tħejjija kontra l-għargħar, u l-appoġġ tal-kummerċ marittimu. Huma jfakkru fis-sistemi innovattivi użati fl-imgħoddi biex jegħlbu l-isfidi marbita mal-provvista tal-ilma—sistemi li jibqgħu relevanti llum hekk kif Malta tfittex soluzzjonijiet aktar sostenibbli għall-ilma.

Il-mixja storika hija ggwidata permezz ta’ app apposta aċċessibbli bi smartphone, li tipprovdi għarfien interessanti dwar is-sinifikat storiku tal-ġibjuni, il-karatteristiċi arkitettoniċi tagħhom, u l-ħidma ta’ konservazzjoni li saretilhom. Il-waqfiet jinkludu il-Berġa tal-Ingilterra, u l-Każin tal-Banda San Lawrenz, it-tnejn restawrati b’reqqa, u mgħotija lura għall-użu attiv permezz tal-Proġett Alter Aqua. Il-viżitaturi jingħataw tagħrif ukoll kif dawn il-ġibjuni kienu ta’ sostenn għall-komunitajiet fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann kif ukoll iktar tard fi żminijiet Brittanniċi.

Alter Aqua 2024 - Il-Mixja tal-Ġibjuni

Il-ġibjun taħt Pjazza Vittorja fil-Birgu huwa ta’ interess partikolari fil-mixja storika. Irrestawrat fi stadju preċedenti tal-proġett Alter Aqua, issa jiġbor fih l-ilma tax-xita li jinġabar minn trakk muniċipali, u b’hekk huwa eżempju ħaj ta’ kif sistemi antiki jistgħu jiġu adattati biex jilħqu l-għanijiet ta’ sostenibbiltà moderna.

Din l-inizjattiva hija parti minn sforz iktar wiesa’ tal-proġett Alter Aqua biex jippreserva u jerġa’ juża sistemi tal-ilma storiċi. Il-proġett, iffinanzjat mill-Fondazzjoni Coca-Cola u mmexxi minn GWP-Med f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, ilu għaddej f’Malta għal dawn l-aħħar 13-il sena. Permezz tiegħu diġà ġew restawrati diversi ġibjuni madwar Malta, inklużi dawk fil-Pietà u l-Kottonera, filwaqt li jixhed mudell ta’ reżiljenza għal reġjuni aridi li jiffaċċjaw sfidi simili marbuta mat-tibdil fil-klima u l-ilma.

Għall-familji, dilettanti tal-istorja, jew kulmin hu kurjuż dwar l-imgħoddi ta’ Malta, il-mixja storika tal-Ġibjuni Alter Aqua tipprovdi opportunità biex issir taf il-Kottonera b’mod li jgħaqqad l-istorja, is-sostenibbilità, u t-teknoloġija moderna. Hija iktar minn mixja—hija vjaġġ fil-wirt tal-innovazzjoni ta’ Malta.

Agħti pass lura fiż-żmien u skopri l-ġojjelli moħbija taħt it-toroq tal-Kottonera. Żur alteraqua.com biex tibda l-vjaġġ tiegħek fil-Mixja Storika tal-Ġibjuni Alter Aqua llum, u esperjenza storja ta’ ħila, reżiljenza, u ħsieb sostenibbli.

More in Kummer?jali