Greatt u NnG jniedu Aftersun Festival

Il-kalendarju tal-avvenimenti f’Malta se jingħata spinta qawwija f’Settembru hekk kif l-ewwel edizzjoni tal-Aftersun Festival se ġġib flimkien lill-ikona internazzjonali Robbie Williams, il-leġġenda elettronika Gigi D’Agostino, u l-istilla lokali Aidan għal ċelebrazzjoni tal-aħħar tas-sajf li ma tintesiex fil-Fosos, Floriana nhar is-17 ta’ Settembru 2025

Lesti ruħek għal avveniment li jimmarka tmiem is-sajf, bi vjaġġ mużikali bħal qatt qabel, hekk kif l- ewwel edizzjoni ta’ Aftersun Festival issib ruħha fuq il-kalendarju tal-avvenimenti tal-gżejjer Maltin, fis-17 ta’ Settembru 2025. L-ewwel edizzjoni se jkollha bħala headliner l-aktar artist maħbub ta’

Malta, Robbie Williams, bl-artist numru wieħed attwali ta’ Malta, Aidan biex iqajjem l-atmosfera u l-artist elettroniku leġġendarju Gigi D’Agostino għall-after-party fuq il-Fosos.

Dettalji tal-avveniment:

Isem: Aftersun Festival, flimkien ma’ Robbie Williams, Gigi D’Agostino u Aidan

Data: L-Erbgħa 17 ta’ Settembru 2025

Post: Il-Fosos tal-Furjana, Malta

Aftersun Festival se jgħaqqad spettakli ta’ klassi dinjija, mas-seħer uniku tal-Mediterran. Se jiġbor flimkien leġġendi globali u ikona lokali. Din l-ewwel edizzjoni twiegħed esperjenza indimentikabbli. Aftersun huwa mfassal biex iżomm dak il-mument sabiħ fejn is-sħana tisparixxi u jinħolqu memorji. Il-festival huwa mmirat biex ikun l-għeluq perfett tas-sajf, u l-organizzaturi qed jimmiraw li jilħqu din l-aspettattiva.

Minħabba d-domanda għolja mistennija, Aċċess Bikri għall-biljetti se jkun disponibbli fuq www.aftersun.mt min nhar it-Tnejn 30 ta’ Ġunju f’nofsinhar sat-Tlieta 1 ta'Lulju fit-15:00.

Dawk li jirreġistraw ser jintbgħatu ‘Priority Link’ l-Erbgħa, 2 ta' Lulju 2025, fid-9:00 am, siegħa qabel ir-Rilaxx Ġenerali tal-Biljetti li se jsir nhar il-Erbgħa, 2 ta' Lulju 2025, fl-10:00 am, esklussivament fuq www.aftersun.mt

Dan il-festival se jkun opportunità għal Malta biex terġa’ tara t-talent u l-ispettaklu li hu Robbie Williams, għal darb’ oħra, bi spettaklu live li jwiegħed li jkun notevoli. L-organizzaturi huma eċitati sabiex iġibu dan it-talent lura f’pajjiżna, flimkien ma’ Gigi D’Agostino, artist elettroniku ta’ status leġġendarju, u Aidan, stilla lokali li qiegħed jagħmel suċċess kbir fl-industrija. Għal aktar informazzjoni, żuru s-sit uffiċjali fuq www.aftersun.mt, kif ukoll il-midja soċjali @aftersunfestival. Kuntatt tal-media: Kimberly Lowell fuq [email protected]

More in Kummer?jali