Goldman Sachs Alternatives takkwista Melita Limited

It-transazzjoni li ġiet imħabbra lejn l-aħħar tal-2024 ikkonkludiet nhar l-Erbgħa

(Ritratt: Melita Limited)
(Ritratt: Melita Limited)

Intrastructure ta' Goldman Sachs Alternatives ikkonkludiet l-akkwist ta' Melia Llimited, hekk kif irrċivew l-approvazzjoni regolatorija meħtieġa. 

Bħala l-azzjonisti l-ġodda ta’ Melita, Goldman Sachs Alternatives qali li se jinvestu fin-netwerks nazzjonali ta’ broadband gigabit u 5G ta’ Melita, kif ukoll jappoġġjaw il-valur tas-sostenibbilta'. L-istrateġija diġitali innovattiva ta’ Melita tinkludi s-soluzzjonijiet tal-Internet of Things (IoT) u s-sistemi ta’ appoġġ għall-klijenti mmexxija mill-Intelliġenza Artifiċjali. Din se tibqa' iservi bħala pjattaforma għal espansjoni u avvanz teknoloġiku. 

“Issa li l-akkwist huwa komplut, ninsabu eċċitati li nibdew il-fażi li jmiss ta’ tkabbir flimkien ma’ Goldman Sachs Alternatives. L-appoġġ tagħhom jikkonferma mill-ġdid l-impenn ta’ Melita li tipprovdi infrastruttura diġitali affidabbli, innovattiva u sostenibbli għal Malta u lil hinn,” qal Harald Roesch, il-Kap Eżekuttiv ta’ Melita

“Għandna fiduċja kbira fit-tim ta’ Melita u fid-direzzjoni strateġika tagħhom. Nistennew bil-ħerqa li naħdmu flimkien biex intejbu l-kapaċitajiet tan-netwerk, nsaħħu l-involviment mal-klijenti, u nwessgħu l-impatt ta’ Melita fis-settur tal-infrastruttura diġitali," qal Robert Clark, Direttur Maniġerjali tal-Infrastructure fi Goldman Sachs Alternatives

 

 

More in Kummer?jali