NuxGame: Is-soluzzjoni għal dawk li jridu jibdew negozju b’saħħtu ta’ online betting

L-industrija tal-iGaming, matul is-snin, żiedet fil-popolarità fost dawk li huma dilettanti tal-logħob onlajn

Propju għalhekk li intraprendituri li jixtiequ jibdew negozji onlajn malajr kemm jista’ jkun, qed jitfgħu ħarsithom għall-industrija. Statistika ta’ min jorbot fuqha turi li l-industrija ġġenerat dħul totali ta' $45.8 biljun fl-2017 biss. Statistika oħra rrappurtat ukoll li l-industrija hija mistennija li tiġġenera sa $94.4 biljun qabel l-2024.

Dan juri li l-industrija tal-iGaming qed tesperjenza tkabbir kbir u hija investiment tajjeb għas-sidien tan-negozji. Madankollu, mingħajr biżżejjed esperjenza, l-isfidi jistgħu jkunu ħafna. Is- NuxGame software hija s-soluzzjoni perfetta għas-sidien tan-negozji tal-iGaming li jixtiequ jmexxu n-negozju tagħhom b'mod effiċjenti. 

Ħarsa ġenerali lejn il-kumpanija NuxGame u l-ħidma tagħha

NuxGame hija kumpanija ta' software tal-iGaming b'esperjenza twila li tista’ tipprovdi l-aktar soluzzjonijiet adattati għan-negozju tiegħek. Il-fornitur tas-software jispeċjalizza fl-għajnuna lis-sidien tan-negozji biex dawn jiżviluppaw u jżommu pjattaforma b’saħħitha tal-online betting fejn il-plejers jistgħu jgawdu mill-aqwa esperjenza.

Dan il-fornitur tas-software first class joffri innovazzjoni, kreattività, u l-aħħar teknoloġiji meħtieġa għal negozju li qed jikber. L-attivitajiet riċenti ta’ NuxGame jinkludu l-għoti ta’ dak l-għarfien prattiku u kwalunkwe informazzjoni vitali għall-klijenti kollha. Ejja nagħtu ħarsa lejn uħud mill-prodotti u s-soluzzjonijiet li l-kumpanija taħdem fuqhom u li jistgħu jintużaw għat-titjib tan-negozju tiegħek. 

X'inhuma s-Soluzzjonijiet Li Jeżistu fuq NuxGame?

Turnkey

NuxGame hija magħrufa biex tgħin lis-sidien tan-negozji biex joħolqu mill-bidu casinos online u sportsbooks. Is-software Turnkey huwa soluzzjoni li tipprovdi mudelli ta’ websajts li tista’ tagħżel minnhom biex in-negozju tiegħek f’dan il-qasam ikun jista’ jaħdem aħjar. Din is-soluzzjoni toffrilek varjetà ta’ sportsbooks bħal sports virtwali, eSports, u avvenimenti sportivi popolari oħra. Joffri wkoll slot games, video poker, table games, live casinos, eċċ. Barra minn hekk, ikollok l-għajnuna meħtieġa għall-installazzjoni u l-personalizzazzjoni tal-pjattaforma tan-negozju tal-iGaming tiegħek.

Sportbooks engine b’saħħitha

Il-magna sportiva NuxGame għandha ħafna karatteristiċi b’saħħithom biex tgħin lin-negozju tiegħek jispikka. Permezz tagħha tista’ tikseb ġestjoni tar-riskju elaborata u akkwist ta' data f'ħin reali. L-arkitettura iFrame tippermetti wkoll li l-funzjonalitajiet tal-isportsbook tiegħek jiġu inkorporati f'post wieħed. Din is-soluzzjoni tippermetti lill-plejers jaċċessaw tipi ta’ betting popolari u eluf ta’ swieq tal-logħob onlajn.

Seamless wallet API

Il-ħila li tintegra diversi karatteristiċi terzi fin-negozju hija importanti għat-tkabbir tan-negozju tiegħek. Is-Seamless wallet API tippermettilek tintegra soluzzjonijiet terzi bħal payment gateways, lingwi varji u apps oħra. Din is-soluzzjoni tippermettilek ukoll iżżid il-logħob tal-casino ma' pjattaforma eżistenti ta’ sportsbooks jew viċi versa.

Retail

Lilhinn mill-onlajn, il-ħwienet tal-logħob għadhom popolari ħafna. In-NuxGame retail solution hija mfassla għas-sidien li jixtiequ jiftħu ħanut tal-logħob u tipprovdi l-aħjar software biex wieħed imexxu n-negozju b'mod effettiv. Hekk tkun tista’ timmaniġġja n-negozju tiegħek, tiġbor data finanzjarja, u anke tissorvelja l-prestazzjonijiet tal-utenti. 

Servizzi legali

NuxGame jipprovdi wkoll pariri legali u appoġġ lis-sidien li jibdew negozju tal-iGaming. Dan jippermettilek tibda n-negozju tiegħek b'mod korrett, billi ssegwi l-istandards u r-rekwiżiti kollha meħtieġ fil-liġi għall-industrija tal-iGaming.

White Label

Il-prodott white label huwa għażla tajba biex jgħinek tirreplika sportsbook eżistenti jew siti tal-casino. Jista' jkollok in-negozju tal-iGaming tiegħek taħt is-soluzzjoni tas-software NuxGame.

X'inhuma l-Prodotti Li Toffru fuq NuxGame

Online Casino software: NuxGame joffri logħob ta' kwalità biex in-negozju tal-iGaming tiegħek jispikka u jikkompeti ma' marki oħra magħrufa. 

Betting odds feed: In-negozju tal-isportsbook tiegħek se jkollu odds kbar għall-betting fuq diversi avvenimenti sportivi. Se jkollok ukoll odds ta’ live betting fi swieq differenti. 

Is-software Sportsbook: Dan il-prodott huwa magħmul biex jippermetti lin-negozju tal-iGaming tiegħek imexxi sit ta’ sportsbook li jissodisfa l-istandards tal-industrija tal-iGaming. 

Bitcoin casino software: Dan il-prodott jippermetti lill-plejers jagħmlu tranżazzjonijiet onlajn mingħajr ma jużaw id-dettalji bankarji tagħhom. Il-prodott fih cyrptos bħal bitcoin, litecoin, ethereum, eċċ.

Agent Managment Systems: Din is-sistema tipprovdilek l-għodda essenzjali kollha biex timmaniġġja n-negozju tiegħek. Tista' wkoll tikseb rapporti, timmaniġġja l-għażliet tal-betting, u tassenja rwoli lil utenti differenti. 

Affiliate Marketing Software: NuxGame tgħin biex tirreklama n-negozju tiegħek ma’ klijenti potenzjali tal-Affiliate Marketing Software. Jippermettilek tassenja rwoli lill-aġenti, taġġusta l-pjanijiet tal-kummissjoni, u timmaniġġja kontenut promozzjonali.

Konklużjoni 

Il-bidu ta' negozju tal-iGaming jista' jkun diffiċli. Madankollu, jekk qed tippjana li tibda negozju bil-għan li tirnexxi, għandek tikkunsidra li tuża NuxGame solutions. Se tkun qed tirċievi l-aħjar soluzzjonijiet biex il-klijenti tiegħek igawdu l-aqwa esperjenza u bla tfixkil. Is-sidien tan-negozji jistgħu jżuru NuxGame.com. Il-proċess huwa awtomatizzat, u jkollok aċċess għal ħafna riżorsi li jagħmlu n-negozju tiegħek wieħed ta’ suċċess.

More in Kummer?jali