Mara l-isptar wara li materjal tal-kostruzzjoni waqa’ fuq il-karozza waqt li kienet qiegħda ssuq

L-inċident seħħ waqt li l-mara ta’ 50 sena minn San Ġwann kienet qed issuq ħdejn sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Birkirkara

Ritratt: File photo.
Ritratt: File photo.

Mara ttieħdet l-isptar b’urġenza wara li materjali tal-kostruzzjoni waqgħu minn krejn tat-torri u laqtu l-windskrin tal-karozza tagħha waqt li kienet qiegħda issuq f'San Ġiljan.

Il-pulizija kkonfermat ma’ MaltaToday li l-inċident seħħ waqt li l-mara ta’ 50 sena minn San Ġwann kienet qiegħda ssuq iċ-Chevrolet Lacetti tagħha ħdejn sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Birkirkara.

Ir-rapport wasal għall-ħabta tal-10:45am nhar il-Ġimgħa, madankollu l-pulizija nnutat li l-inċident x’aktarx seħħ qabel.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet mill-pulizija u l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għadhom għaddejjin.

More in Kronaka