Twissija lill-konsumaturi sabiex ma jikkonsmawx dan il-prodott bi trab tal-kawkaw

L-awtorità avżat lill-konsumaturi biex ma jikkunsmawx il-prodott u jew jarmuh jew jirritornawh fil-ħanut minn fejn xtrawh

L-Awtorità tas-Sigurtà u s-Sigurtà tal-Ikel ippubblikat twissija dwar lott ta’ trab tal-kawkaw tad-ditta Valor b’sustanzi li jagħtu l-ħlewwa peress li jista’ jkun fih l-addittiv maltitol.

Filwaqt li mhuwiex neċessarjament tossiku, l-addittiv mhux permess fi prodotti li fihom inqas minn 25% kawkaw. Dan jista' jkun ta' periklu għas-saħħa għaliex ma jiġix diġerit sew, u jikkawża tbatija gastrointestinali severa. Il-maltitol jista’ wkoll jikkawża żidiet qawwija taz-zokkor fid-demm u tal-insulina.

L-awtorità avżat lill-konsumaturi biex ma jikkunsmawx il-prodott u jew jarmuh jew jirritornawh fil-ħanut minn fejn inxtara.

Dettalji tal-prodott:

Deskrizzjoni tal-prodott: Cocoa Based Powder with sweeteners

Ditta: Valor

Numru tal-lott / Data tal-iskadenza:

V25128M1 / 11-2026

V25070T1 / 09-2026

V25259T1 / 03-2027

O2603611 / 08-2027

O2605621 / 08-2027

Piż: 200g

More in Kronaka