'Inaċettabbli li kumpanija titlob lill-Gvern Malti biex tieħu azzjoni kontra ċittadin tagħha stess'
Saviour Balzan jikkundanna t-talba ta' Steward Healthcare li jinvestiga lill-editur Matthew Vella
More in Kronaka
Saviour Balzan jikkundanna t-talba ta' Steward Healthcare li jinvestiga lill-editur Matthew Vella
"Inaċċettabbli li kumpanija privata titlob lill-Gvern biex jieħu azzjoni - possibilment anke legali - kontra ċittadin tagħha stess biex tinvestigah." Hekk qal id-Direttur tal-MediaToday Saviour Balzan fi stqarrija fil-dawl tat-talba minn Steward Healtcare li tinvestiga editur tal-Malta Today, Matthew Vella.
Dan qalu fid-dawl tal-fatt li l-kumpanija Steward Healthcare kitbet lill-Gvern Malti u insistiet li ssir investigazzjoni fuq Vella, wara li kiteb rapport illi fih iddeskriva l-ownership tal-kumpanija, li ngħatat il-konċessjoni għal tliet sptarjiet pubbliċi bħala "mhux trasparenti." Huwa qal ukoll li l-istess tmexxija ġiet sfidata mill-grupp ta' investigazzjoni finanzjarja Delaware.
Intant Balzan sostna li l-irwol ta' midja indipendenti u ta' ġurnalisti bil-libertà tal-espressjoni, huwa li jitrażmettu aħbarjiet ta' interess pubbliku. Huwa żied jgħid li l-operat ta' din il-kumpanija, li huwa fondat minn fondi annwali tal-Gvern, huwa ta' interess pubbliku.
"Dak li qiegħed jintalab minn Steward Healthcare, jhedded id-dritt tal-libertà tal-espressjoni, kif ukoll li noperaw b'mod liberu mingħajr xkiel," żied Balzan.
Huwa temm jgħid b'appell lill-Prim Ministru illi, "bħala wieħed mill-kapijiet ta' stat membru tal-Unjoni Ewropea jħares il-valuri Ewropej kontra l-ISLAPP u ipprevjeni lil Steward Helathcare milli juża l-influwenza politika tiegħu biex jattakka lill-ġurnalisti."
Intant il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard fi stqarrija separata jemmen li huwa "inaċċettabbli li jkollok sitwazzjoni fejn ġurnalist jiġi mhedded illi se jun irraportat lill-Gvern."
Dan apparti li sostna li l-Gvern mhux fil-kompitu tiegħu li jinvestiga lill-ebda ġurnalist. "Bħala Gvern, nista ngħid, b’mod konsistenti ħafna, konna hemmhekk biex nassiguraw li kemm jista jkun inkomplu nsaħħu l-protezzjoni li għandom il-ġurnalisti f’pajjiżna," qal fi stqarrija.
'Tkomplux tattakkaw lill-ġurnalisti' - David Casa
“Huwa inaċċettabbli li kumpaniji privati, aktar u aktar meta jkunu ffinanzjati mill-poplu, jippruvaw isikktu lill-ġurnalisti,” iddikjara l-MEP David Casa, flimkien ma’ għadd ta’ Ewroparlamentari mill-gruppi politiċi differenti fil-Parlament Ewropew, b’reazzjoni għat-theddida li saret minn Steward Health Care International fuq editur tal-midja indipendenti f’Malta.