Mangia b'aktar allegazzjonijiet ta' fastidju sesswali.... Din id-darba fir-Rumanija

L-omm allegat li meta binha rrifjuta l-avvanzi sesswali lejh, Mangia allegatament ma ħallihx jilgħab aktar 

L-omm u l-iben Popa
L-omm u l-iben Popa

Il-kowċ tat-tim Nazzjonali ta' Malta Devis Mangia, qiegħed jaffaċċja aktar allegazzjonijiet kontrih, din id-darba fir-Rumanija. Alexandra Popa, omm il-plejer tal-futbol Răzvan saħqet li Mangia ta' fastidju lil binha meta kien kowċ fl-Università Craiova. Tajjeb li nfakkru li Mangia kien kowċ fir-Rumanija ftit qabel ma' ġie Malta. 

Din l-omm allegat li Mangia qal lil binha biex jaraw filmat pornografiku flimkien u li kien immasturba quddiemu. Kawża ta' hekk dan iż-żagħżugħ tant kien affetwat psikoloġikament li sofra minn dipressjoni qawwija. Sussegwentament dan wassal biex iż-żagħżugħ temm il-karriera tiegħu f'dan l-isport.

Popa saħqet li Mangia kien avviċina lil binha diversi drabi għal laqgħat privat biex "jiddiskutu l-futbol". Hija allegat li meta binha rrifjuta dawn l-avvanzi sesswali lejh, Mangia ma ħallihx jilgħab aktar. Apparti minn hekk hija allegat ukoll li Mangia f'jum partikolari kien vjolenti lejn binha, Răzvan. 

Il-kowċ Taljan ġie sospiż il-ġimgħa li għaddiet wara allegazzjonijiet ta' fastidju sesswali fuq plejers tat-tim Nazzjonali Malti. Tant hu hekk li wara li ġie rraportat l-ewwel każ, persuna oħra resqet 'il quddiem b'allegazzjonijiet simili. 

Ftit jiem ilu Mangia kiser is-silenzju dwar l-akkużi li qiegħed jiffaċċja u ċaħad l-allegazzjonijiet kollha fil-konfront tiegħu.

Mangia għamel dan permezz ta' stqarrija mill-avukati tiegħu lill-midja. Huwa saħaq li qatt ma wettaq "la issa u lanqas fil-passat" xi aġir li jagħmel ħsara lid-dinjità personali jew sesswali fil-konfront tal-ebda plejer jew membru tal-Federazzjoni.

Saħaq ukoll li għall-kuntrarju ta' dak li nqtal, l-istess allegazzjonijiet qatt ma kienu kkontestati fil-konfront tiegħu mill-Federazzjoni.

Aqra wkoll x'qalet l-MFA fl-aħħar stqarrija: Hawnhekk

More in Kronaka