Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti sospiż wara allegazzjonijiet li kiser regoli tal-MFA

L-MFA qalet li Mangia kkopera magħha u ta l-verżjoni tiegħu tal-affarijiet iżda insistiet li mhux se tikkummenta aktar qabel ikunu deċiżi l-passi li jmiss

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Devis Mangia, ġie sospiż mill-irwol tiegħu ftit biss qabel logħba kontra l-Iżrael.

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti (MFA) qalet li rċeviet rapport dwar "allegazzjoni" ta' ksur ta' regoli.

L-istqarrija qalet li Mangia kien sospiż temporanjament mill-irwoli tiegħu bħala kowċ tat-timijet nazzjonali wara rapport li allegatament hu kiser policies tal-MFA.

Kompliet tgħid li Mangia kkopera magħha u ta l-verżjoni tiegħu tal-affarijiet. L-Assoċjazzjoni mhux se tkun qed tikkummenta qabel ikunu deċiżi l-passi li jmiss.

Għal-logħba kontra l-Iżrasel, it-tim nazzjonali Malti se jkun imexxi mill-assistent kowċ Davide Mazzotta

More in Lokali