Ħamrun Spartans jumiljaw lil Furjana, u jirbħu l-għaxar kampjonat tagħhom
Minkejja li bejniethom kien hemm biss punt, it-tim tal-ispartans kellu bżonn biss tliet punti sabiex jassigura t-tielet kampjonat tiegħu fl-aħħar erbgħa snin
![Ritratti: Ħamrun Spartans FC / Facebook](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/438159686_1045049247114070_8228897124634463225_n.jpeg)
Ħamrun Spartans rebħu l-għaxar kampjonat tagħhom wara li għelbu l-avvesarji tagħhom, il-Furjana, 5-0, f'Ta' Qal.
Minkejja li bejniethom kien hemm biss punt, it-tim tal-ispartans kellu bżonn biss tliet punti sabiex jassigura t-tielet kampjonat tiegħu fl-aħħar erbgħa snin.
![Ritratti: Ħamrun Spartans FC / Facebook](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/439204290_1045049250447403_5326129113757299907_n.jpeg)
B'ħerqa l-partitarji raw il-ftuħ fit-3pm, iżda kien biss fl-ewwel seba' minuti tal-partita li l-plejer internazzjonali mill-Ghana Seth Paintsil fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras.
Ftit aktar minn għaxar minuti wara, Paintsil jiskorja doppjeta.
![Ritratti: Ħamrun Spartans FC / Facebook](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/438101329_1045049253780736_7478952731810241064_n.jpeg)
Ftit qabel it-tmien tal-ewwel taqsima, Paintsil jiskurja t-tielet goal, b'Elionay Freitas jagħmel l-iskor 4-0 fl-aħħar mumenti tal-ħin miżjud.
Fit-tieni tasima, id-difiża tal-Ħodor kienet ftit aħjar, imma mhux biżżejjed biex iwaqqfu lil Paintsil biex jagħmel l-iskor ħamsa b’xejn.