It-testijiet tad-DNA jikkonfermaw li l-katavru li nstab f'bagoll ta' karozza huwa ta' Mario Farrugia

Farrugia kien ġie rrapportat nieqes fit-28 ta’ Marzu 2022 u l-aħħar li ntlemaħ kien qed isuq il-karozza li fiha nstab maqtul

Mir-riżultati tad-DNA fuq il-katavru li nstab f’karozza f’Ħal Qormi, ġie kkonfermat li l-vittma huwa Mario Farrugia ta’ 62 sena, residenti Pembroke.

Fi stqarrija, il-Pulizija fakkret li Farrugia kien irrapportat nieqes u l-aħħar darba li deher kif fit-28 ta’ Marzu 2022 fl-akwati tar-residenza tiegħu u kien qed jagħmel użu minn vettura Peugeot 407 ta’ lewn griż.

Din hija l-istess vettura li fiha Mario Farrugia nstab maqtul nhar it-Tlieta 5 ta’ April. 

Il-ġimgħa li għaddiet, wara li saret l-awtopsja, kien ġie kkonfermat li Farrugia nqatel b’diversi daqqeiet ta’ sikkina f’sidru.

Il-katavru nstab fil-bagoll tal-karozza fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjon uma setax jiġi identifikat mill-ewwel. 

L-investigazzjonijiet dwar dan l-omiċidju, kif ukoll l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka