Ir-raġel li nstab mejjet f'karozza f'Ħal Qormi nqatel b'daqqiet ta' sikkina f'sidru

Illum saret l-awtopsja fuq il-vittma imma l-investigaturi għadhom qed jistennew ir-riżultati tad-DNA biex ikunu jistgħu jikkonfermaw l-identità tar-raġel

Ir-raġel li nstab mejjet f'karozza f'Ħal Qormi nhar it-Tlieta li għadda nqatel b'diversi daqqiet ta' sikkina f'sidru.

Dan spjegah il-Korp tal-Pulizija fi stqarrija hekk kif aktar kmieni llum saret l-awtopsja fuq il-vittma.

Il-Korp qal ukoll li l-kadavru tant kemm instab fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni li l-vittma għadu ma ġiex identifikat. Għalhekk l-analiżi forensiċi għadhom għaddejin.

Fil-fatt, l-investigaturi qed jistennew ir-riżultati tat-testijiet tad-DNA biex jikkonfermaw l-identità tiegħu. 

Il-Pulizija qed tappella biex min għandu xi informazzjoni dwar dan il-qtil jista' jċempel, anke b'mod anonimu fuq in-numri 21224001 / 119.

More in Kronaka