L-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jiffirmaw MOU

L-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika iffirmaw memorandum ta' ftheim bil-għan li tissaħħaħ il-governanza u trasparenza fl-amministrazzjoni pubblika

L-Uffiċju tal-Ombudsman Parlamentari u l-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika jiffirmaw MOU
L-Uffiċju tal-Ombudsman Parlamentari u l-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika jiffirmaw MOU

L-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentari u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika iffirimaw Memoradnum ta' ftehim (MOU) bil-għan li tisaħħaħ l-governanza u t-trasparenza fl-amministrazzjoni pubblika.

L-MOU jiddeskrivi qafas komprensiv li jiffoka fuq it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fi ħdan il-ministeri, id-dipartimenti u l-entitajiet pubbliċi.

L-aspetti ewlenin tal-ftehim jinkludu l-iskambju ta’ informazzjoni mhux personali pertinenti għall-missjonijiet taż-żewġ entitajiet, protokolli stretti dwar il-kondiviżjoni tad-dejta minn partijiet terzi biex tiġi salvagwardjata l-privatezza, u kollaborazzjoni fuq proġetti konġunti mmirati lejn it-tisħiħ tal-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika.

Barra minn hekk, l-MOU jenfasizza l-koordinazzjoni fir-reviżjonijiet tal-politika u t-titjib proċedurali. Dan beħsiebu jiżgura l-allinjament mal-istandards internazzjonali u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-funzjonijiet ta’ sorveljanza.

L-Awditur Ġenerali Charles Deguara, faħħar il-ftehim u qal li l-ftehim ifisser mument kruċjali għall-Uffiċċji Kostituzzjonali, hekk kif qed issir ħidma biex nippromwovu governanza tajba fis-settur pubbliku. Huwa saħaq fuq l-impenn taż-żewġ uffiċċji biex dan il-ftehim jissarraf f’inizjattivi tanġibbli għall-ġid tal-pubbliku.

L-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon, l-Ombudsman Parlamentari, tenna dan is-sentiment, u esprima sodisfazzjon għall-ispirtu ta’ kollaborazzjoni li jmexxi l-formulazzjoni tal-MOU. Huwa sostna li dan il-ftheim huwa pass kruċjali lejn it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' sorveljanza fl-amministrazzjoni pubblika, li tafferma mill-ġdid id-dedikazzjoni biex jinżammu l-prinċipji ta' governanza tajba.

Iż-żewġ uffiċċji huma lesti li jimplimentaw l-MOU b'mod metikoluż, u jaħtru uffiċjali għolja biex jissorveljaw l-aderenza u l-effettività, u jiżguraw li dan l-isforz kollaborattiv jagħti riżultati konkreti fl-avvanz tat-trasparenza u r-responsabbiltà fis-settur pubbliku ta' Malta.

More in Kronaka