Intervista | Niltaqgħu ma' George mill-Konnekt

....it-tim tal-kumpanija tagħna dejjem jiżviluppa u jikber kemm bħala numru u anke professjonalment

George tal-Konnekt
George tal-Konnekt

Stabbilita fl-2007, Konnekt din is-sena ddeċidiet li tniedi il-branding u l-immaġni tagħha. Inkellmu lil George Tabone dwar dan u żviluppi oħra fil-kumpanija

X’ġabek biex tinghaqad ma Konnekt?

Il-valuri, etiċi u is-sens ta’ għaqda għinuni nħossni mill-ewwel parti minn dik li għalija llum saret it-tieni familja u dar. Dawn kienu ftit mill-affarijiet għalfejn jien għazilt li naħdem il-Konnekt.

X’fatturi ġiegħeluk tibqa’ mal-kumpanija?

Jien ili nahdem Konnekt ghal dawn l-ahhar sentejn u għalkemm il-ġurnata tax-xogħol hija waħda ta’ sfida u intensita’, il-passjoni lejn ix-xogħol tiżboq dan kollu u iżżommok għaddej. Ir-rispett muri lejn il-ħaddiem u l-fatt li dan ta’ l-aħħar jista’ jesprimi dak li jħoss bla ebda biża huma wkoll fatturi li żammewni ma’ din il-kumpanija.

Kif rajt it-tim tiegħek jinbidel kemm ilek mal-Konnekt?

It-tim tal-kumpanija tagħna dejjem jiżviluppa u jikber kemm bħala numru u anke professjonalment. Mil-lat professjonali l-kumpanija tinvesti ħin u flus f’taħriġ kemm intern u estern. B’hekk il-ħaddiema jibqgħu aġġornati u anke jsaħħu l-ħiliet tagħhom biex is-servizz offrut ikun dejjem ta’ livell għoli.

Tista’ ssemmi esperjenza waħda li laqtitek kemm ilek mal-Konnekt?

Konnekt hija kumpanija vivaċi u ebda ġurnata m’hi bhall-ohra, kull ġurnata hija esperjenza fiha nfisha. Esperjenza partikolari li nibqa’ niftakar hija meta dħalt għall-ewwel intervista waħdi. Għalkemm ħassejtni eċitat, it-tim kien ippreparani sewwa b’għodda li għinuni inħossni kunfidenti.

 

Il-Konnekt ħarget b’logo u branding gdid din is-sena. X’kien il-ħsieb wara dan?

Wara li s-sena l-oħra Konnekt għalqet għaxar snin minn meta ġiet mwaqqfa’, il-kumpanija ħasset il-bżonn ta’ tiġdid biex tibqa’ dejjem relevanti għaż-żminijiet tal-llum, għal-kumpaniji u kandidati li jużaw is-servizzi tagħna u bħala parti minn strateġija li tgħin biex wieħed jibqa’ kompettitiv.

 

Konnekt ġiet stabbilita fl-2007 u minn dik il-ġurnata kibret u żviluppat biex illum saret l-akbar  u l-aktar aġenzija tar-reklutaġġ innovattiva f’Malta. Konnekt kisbet is-success li għandha llum bis-saħħa tat-tim ta’ impjegati bħal George Tabone, li jaħdmu b’tant passjoni u dedikazzjoni, u l-kandidati u l-kumpaniji li Konnekt irnexxielha tlaqqa’ tul dawn is-snin. Ilum Konnekt hija kburija li qed tniedi branding ġdid li jirrifletti liż- żvilupp taż-żmien u t-triq li mxiet din il-kumpanija. Dan l-immaġni ġdid tal-kumpanija jirrifletti dan il-vjaġġ tal-fuq minn għaxar snin.

 

George Tabone jokkupa l-pożizzjoni ta’ Speċjalista fir-Reklutaġġ fi ħdan il-Konnekt.

More in Intervisti