Minn bankier għal politiku għal Qorti Ewropea

Jimxi tliet kwarti kuljum qabel ix-xogħol u jimmissja ċ-ċinema:  “Il-qatla tiegħi anki fil btajjel li noqgħod idi fuq żaqqi ma nagħmel xejn, f’dan ir-rwol nħossni li ħadt enerġija ġdida mill-ħajja”

Wara snin sħaħ fil-politika Maltija fejn serva bħala ministru tal-finanzi, kummerċ u anke tal-ambjent, Leo Brincat sab sfida oħra fil-ħajja tiegħu meta nħatar bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-Lussemburgu. Ħatra li kellha kemmxejn ta’ triq iebsa iżda bħal dejjem Leo Brincat ħareġ minnha bl-unuri.

Sena ilu Leo Brincat taha l-addio lil politika Maltija  u flimkien mal-familja iffaċċja din l-isfida Ewropea, “Il-mument li l-Prim Ministru nnominani għal din il-ħatra, b’għażla konxja kont naf li din il-ħatra hi waħda awtonoma ‘l fuq mill-politika, żammejt lura milli ninvolvi ruħi mill-politika lokali, anke qabel bdew l-istess proċeduri. Kien hemm min qalli għaliex żammejt lura fil-kampanja elettorali? Għamilt dan b’obbligu u  b’responsabilita għall-impjieg tiegħi. Hemm min iqabbel xogħli ma dak ta’ Kummissarju Ewropew li jistgħu jintervjenu fuq ċerti issues . Li ftit jafu hu li dan jistgħu jagħmluh, imma aħna ma nistgħux. Aħna rridu nimxu daqs li kieku aħna mħallfin

L-eks ministru soċjalista qal li din il-ħatra kienet sfida għalih, “Kont nikteb regolarment fil-gazzetti u waqaft minnufih malli ġejt nominat. Dan il-fatt u li tinqata  minn dawk li vvutawlek għal 34 sena, mill-kollegi tiegħek fil-kabinett u mill-parlament innifsu fejn kont ili  nimmilita fih ma kienx qisek kemm tfejt swiċċ. Iżda nzertajt persuna li kapaċi nadatta ruħi malajr għal kull sitwazzjoni, bħalma adattajt li minn bankier sirt politiku. Nistqarr li t-transizzjoni piskoloġika kienet aktar mgħaġġla minn dak li immaġinajt li se tkun fejn ħsibt li se tkun aktar trawmatika. Jista jkun li għen il fatt li bdejt fil-kariga litteralment l-għada li ġejt approvat” Għalkemm hu ammetta li xorta baqa jsegwi x-xena lokali b’mod silenzjuż.

Leo Brincat qalilna wkoll li biex tkun fil-qorti ewropea tal-awdituri m’hemmx għalfejn tkun ġej mix-xena tal-awditjar kif jahsbu hafna ,  “Ix-xogħol tekniku jagħmluh l-awdituri li jaħdmu mal-istituzzjoni. Tant li anke l-president innifsu tal Qorti hu avukat u ex deputat parlamentari wkoll.”

Qal ukoll li hemmhekk mhux qed jirraprezenta lil Malta iżda lil kull pajjiż. “Għalkemm 40% tal membri ġejjin minn sfont politiku ħadd ma jista jagħmel interventi politiċi ghax ahna ilkoll l-fuq mill politika matul it-terminu taghna .”

Leo Brincat għalkemm illum jgħodd 67 sena, bla dubju jibgħat messaġġ pożittiv lil dawk li jaħsbu li mal-eta tal-pensjoni għandhom jieqfu joħolmu, jaspiraw jew jaffaċċjaw sfidi ġodda. “Sfida ġdida tagħtini ‘kick’ immens. Għax anke meta kont ministru Malta filwaqt li kont nistenna l-break tas-sajf, kif immur xi vaganza u tintemm u jkolli xi ġimgħa d-dar b’idi fuq żaqqi kont niffrustra ruħi, allura llum li dħalt f’qasam ġdid għalija nħossni li ħadt enerġija ġdida mill-ħajja.”

Leo Brincat dwar l-istituzzjoni li jaħdem fiha qal li hi waħda li tmexxi b’eżempju dak li tippriedka. Għax il-qorti ewropea tal-awdituri hi l-‘watchdog’ finanzjarju tal-istituzzjonijiet Ewropej biex tara li  ma jinħlewx l-flus li jħallas il-poplu fit-taxxi u li jintefqu bil-għaqal. “Għalhekk aħna  flok segretarjat top heavy għandna lkoll biss segretarjat ta’ erba min-nies kull membru .  Miegħi għandi ‘head of cabinet’ li hu Malti u se jibda minn Settembru li ġej, żewġ tfajliet maltin, waħda attache’ li hi  auditor li ġejja mis-settur privat u l-oħra avukat bhala assistenta personali li kienet taħdem magħna bħala policy co ordinator u għandi segretarja Ġermaniża li ilha hawn minn meta tela l-ewwel delegat Malti li għandha esperjenza vasta fix-xogħol.”

Ħafna jaħsbu li Leo Brincat meta kien nominat bħala membru fil-qorti tal-awdituri fl-ewropa kien xi rigal tax-xogħol li wettaq fil-partit laburista biex jgħix ħajja komda fejn  jitħallas tajjeb u ma jagħmel xejn. “Li kieku l-kariga fiha nnifisha kienet xi ħaġa virtwali kont naqbel ma’ dan li qed tgħid int. Iżda f’dinja tal-lum fejn it-trasparenza, il-kontabilita u l-effiċjenza huma mportanti ħafna  mhux il-każ. Għax iċ-ċittadin illum irid valur għal dak li qed jikontribwixxi bit-taxxi għalih. Ir-rwol tagħna sar wieħed importanti aktar minn qatt qabel għax l-Unjoni Ewropea llum tilfet ħafna mill-fiduċja taċ-ċittadin. Allura hu mportanti li jkun hemm istituzzjonijiet bħal tagħna li jkunu viġilanti u anke jekk m’għandniex poteri eżekuttivi għandna l-istess ‘nebħa’ bħalma għandu l-awditur ġenerali f’pajjiżna. Aħna nistgħu nagħtu rakkomondazzjonijiet lill-Kummissjoni ewropea ghalkemm  ma nistgħux nobbligawha. Iżda jekk il-kummissjoni tinjora dawn ir-rakkomondazzjonijiet tkun qed torbot mażżra m’għonqa u titlef il-kredibilta tagħha.”

Brincat qal li l-qorti taħdem billi kull ħmistax jiltaqgħu t-28 membru minn kull pajjiż bhala Qorti, iżda imbagħad dawn huma maqsuma f’ħames hekk imsejhin kmamar (chambers) fejn hu jifforma parti minn Chamber V – (Financing and administering the Union} fejn huw responsabbli mill qasam tar  (Revenue) id-DHUL TAL UE .  Dan huwa chamber ġdid  b’Leo Brincat jieħu ħsieb il-VAT, excise duties GNI GROSS NATIONAL INCOME  u dhul iehor maghruf bhala OWN RESOURCES . “Aħna naħdmu billi nagħmlu audits fuq dak li titlobna l-qorti nnifisha, oħrajn li jidhrilna aħna stess li huma  meħtieġa  kif wkoll fejn  nintalbu nagħmlu dan mill-istituzzjinijiet ewropej  inkluż mill-Parlament ewropew innifsu.”

Hemm diversi rapporti li jintalbu jagħmlu -  fejn jistgħu jintalbu jagħmu ‘full audits, SPECIAL REPORTS, “jew inkella  fejn daħal kunċett ġdid li jgħidulu ‘landscape review’ fejn jien intgħażilt biex naħdem fuq ir-raba wieħed li qatt sar u li minnhom fl-istorja ta’ 40 sena  tal Qorti gew ippublikati sa issa tnejn biss. Dan ir-review orizzontali  ma jagħmilx audit iżda ‘snapshot’ tal-istudji kollha li jkunu saru fuq is-suġġett minn kull għejun u flok ma jħalli dawn l-istudji fuq l-ixkafef għat-trab, jagħmel sintesi tagħhom ħalli minnhom joħorġu sett ta’ linji gwida biex il-ġid kollu li jkun ħareġ jingħata spinta ġdida mill-istituzzjonijiet. U dan biex  juri li l-Unjoni ewropea tagħti kas x’jiġi studjat u fit-trasparenza. Dan normalment  idum biex jitlesta minhabba xogħol tekniku wiesgħa ma għadd kbir ta’  l-istakeholders  iżda wieħed irid iqis li aħna nkunu qed nagħmlu rapporti fuq il-flus li joħorġu ċ-ċittadini Ewropej li għandhom jintefqu kif suppost u ghaldaqstant rapporti bħal dawn meqjusa li għandhom valur miżjud qawwi ”

Iżda din il-qorti tfisser li tinvestiga l-korruzzjoni jew dawk li jevitaw it-taxxa? Tinvestiga l-każi bħal tal-Panama? Il-każ fejn il-Parlament ewropew se jonfoq biljuni ta ewro bie xjibni binja u jwaqqa oħra li m’ilhix wisq li kienet inbniet? “Ara qabel kien hawn kunċett li pajjiż jkun għamel suċċess billi jutilizza l-fondi kollha. Illum daħal kunċett li mhux biss għandek tutilizza l-fondi kollha iżda li l-fondi jridu jkunu utilizzati bl-aħjar mod possibbli u li ħadt ‘value for money’. Li Il-fondi taw r-riżultat mistenni ju mhux infaqthom biex infaqthom. Dawn huma l-affarijiet li aħna ngharblu.

 “Hemm ħafna istituzzjonijiet ewropej li ċ-ċittadini jqisuhom bħala li qegħdin hemm biex iberqbu flus i1-ċittadin. Sfortunatament dawn qed itellfu l-fiduċja taċ-ċittadin fl-Ewropa. Aħna qed naħdmu biex nagħmlu rakkomondazzjonijiet biex dawn ma jitħallewx isiru u dan żgur li qed jgħin biex il-popli Ewropej indaħħlulhom fiduċja fl-istituzzjoni Ewropea.

“Iċ-ċittadin li jħallas it-taxxa fl-ewropa qatt mhu se jkollu l-fiduċja daqs kemm jixtieq fil-proġett ewropew jekk l-istituzzjonijiet Ewropej ma jimxux bi trasparenza u b’aktar sinerġija u rispett lejn xulxin. Għax jekk dawn se jibqgħu clubs magħluqin fihom infushom mhux se jnisslu fiduċja fil-popli. Tant li ġieli kien hemm każi fejn tlabna ċerti  istituzzjonijiet Ewropej biex jgħaddulna ċerta nformazzjoni għal audit u f’ xi każi jgħidulna li ma jistgħux jagħtuholmna kollha. Fir-realta’ jekk aħna ngħinu l-istituzzjonijiet permezz tar-rapporti tagħna b’mod progressiv inkunu qed  inkattru aktar fiduċja fl-Unjoni Ewropea nnifisha.

“Dwar il-każi tal-Panama mhux kompitu tiegħi li nagħti ġudizzju jekk kellhomx jiġu diskussi fil-Parlament ewropew jew le, anke jekk għandi l-opinjoni personali tiegħi. Iżda żgur li nista ngħid li dak is-suġġett ma jaqax taħt id-dmirijiet tagħna. Għax aħna mhux istituzzjoni investigattiva li ninvestigaw allegat abbuż ta’ fondi mhux Ewropej. Imma aħna qegħdin hemm biex inħarsu lejn  l-abbużi li jistgħu jsiru b’fondi Ewropej. Min-naħa l-oħra jekk aħna jirriżultalna jew jkollna allegazzjonijiet ta’ frodi, għalkemm m’aħniex l-investigaturi xorta  għandna dmir u obbligu li jekk waqt audit insibu xi attivita possibilment  frodulenti, għandna responsabilita kbira li nirreferu lill-OLAF.”

Leo Brincat qal li fil-Lussemburgu jipprova jżomm kuntatt mal-kommunita żgħira maltija li tgħix hemm, fejn hemm madwar 200 persuna jaħdmu hemm. “Nattendi  kull attivita soċjali inkluż ukoll għal quddiesa li ssir kull xahar u nippruvaw  nghinu biex nżommu l-kommunita ċkejkna ħajja kemm jista jkun.”

Leo Brincat barra li hu politiku hu ovvjament uman ukoll  u żamm ir-rutina ta’ meta kien jgħix Malta, “Kont inħobb noħroġ nimxi qabel ix-xogħol u hawn żammejt l-istess rutina. Ikolli nammetti li l-bankini huma ftit aħjar minn ta’ Malta, filwaqt li t-toroq huma safe tant li hawn rata kriminali mill-aktar baxxa, u hawn ħafna spazji ħodor fejn tiltaqa ma’ park kull pass li timxi. Noħroġ nimxi qabel is-6 a.m. anke fid-dlam u nagħmel mixja ta’ 45 minuta qabel nidħol ix-xogħol, dejjem meta ma jkunx hemm maltemp qawwi jew silġ.”

Iżda Leo immissja ħafna ċ-ċinema minn malta fejn kien imur regolarment għax iċ-ċinema fil_Lussemburgu hu ftit il-bogħod minfejn joqgħod hu. “ Il-ħajja hawn hi pjuttost paċifika iżda mhux tedjanti u nżomm ruħi aġġornat kulturalment. Fejn hawn opportunitajiet aktar li tara artisti internazzjonali ‘live’. Din il-ġimgħa attendejt għal kunċert ta’ Elton John li kien formidabbli, kunċert ta’ Bob Dylan u l-ġimgħa li ġejja se jkun hemm l-attur Jude Law li se jagħmel ‘play’ bl-Ingliż li se nattendi għaliha. Nattendi wkoll kunċerti filarmoniċi anke jekk f’Malta ma tantx kont mmur għalihom. F’okkażżjoni ohra  kien hemm wirja kbira tal-kapaċitajiet tal-attur Amerikan John Malkovich.. Il-kultura nħobbha wisq anke jekk magħġun bħala annimal politiku dejjem kien jinteressani x’films ħerġin, x’kotba ħarġu, x’CDs tfaċċaw fis suq  u x’hemm fit-teatru. U bqajt inżomm din l-imħabba hawnhekk ukoll. Bhalissa l-favoriti tieghu huma l-ahhar CDs ta Leonard Cohen, Roger Waters u r-Rolling Stones”. Sirna nafu wkoll li minn ħafna snin ilu baqa jixtri s-Sunday -Times ta’ Londra anke mill-Lussemburgu. Fejn l-ewwel ma jfittex huwa s-suppliment tal kultura.

Qabel sellimna lil xulxin wara li hadna café’ flimkien fi tmiem laqgħa li kellu mas segretarju generali tal-kummissjoni ewropea fi brussels,  staqsejtu xi rwol tilgħab Malta jew aħjar lagħbet Malta f’din il-presidenza vis a vis il-qorti Ewropea. “Kienet mnpenjata mill bidu  fejn wegħdet l-għajnuna kollha lil din il-qorti. Fil-fatt għada stess se nkun qed nakkumpanja lil president tal-qorti Ewropea ġewwa Malta fejn se jiltaqa mal-key players maltin  fil-gvern u anke mal-uffiċċju tal-awditur ġenerali Malti. Dan wara stedina ufficjali li saritlu mill gvern malti nnifsu

“Iffinalizzajna flimkien mal-uffiċċju tal-awditur ta’ Malta seminar li se jsir f’Settembru għall-uffiċċjali għolja taċ-ċivil. Importanti ħafna li l-qorti tal-awdituri ewropea  bħal uffiċċju tal-awditur f’Malta jkollha  fiduċja minn kulħadd u minn kull amministrazzjoni kif fil-fatt hawn Malta. Di hi xi ħaġa tajba għal pajjiż għax l-NAO Malti huwa  ‘l fuq mill-politika u jżżom lil kulħadd fuq il-ponot ta’ subgħajh, mill-Prim Ministru sal-inqas wieħed fiċ-ċivil.”

 

 

 

More in Intervisti