Vox Pop | Il-Presidenza ta' Malta tal-UE... skont in-nies

L-ILLUM staqsiet lil numru ta’ nies dwar il-Presidenza, il-prijoritajiet li se timbotta Malta u l-benefiċċji li jħossu li jista’ jieħu pajjiżna minn din il-Presidenza... x'jaħsbu n-nies?

Tul ix-xhur li għaddew, ġiet imħejjija u preżentata kampanja intensiva ta’ informazzjoni dwar l-irwol li se jkollha Malta tul ix-xhur li fihom se jkollha f'idejha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja. Filwaqt li għall-pajjiż in ġenerali u għax-xena politika, din il-presidenza hija avveniment ta’ importanza kbira, jidher li s-sentiment fost il-poplu mhux xi wieħed ta’ antiċipazzjoni jew interess daqstant kbir. 

Vox Pop : Il-Presidenza ta' Malta tal-UE | Filmat ta' James Bianci

L-ILLUM staqsiet lil numru ta’ nies dwar il-Presidenza, il-prijoritajiet li se timbotta Malta u l-benefiċċji li jħossu li jista’ jieħu pajjiżna minn din il-Presidenza. Fost in-nies kollha li tkellmet magħhom din il-gazzetta, il-maġġoranza ftit li xejn kienu jafu dettalji, b’ħafna sempliċiment jgħidu biss li jafu li “se jkun hemm xi ħaġa f’Jannar li ġej”. Filwaqt li kien hemm uħud li kienu informati, jidher li l-maġġoranza mhux qiegħda tara din il-presidenza bħala xi ħaġa ta’ importanza għalihom. Fost kummenti li semgħet din il-gazzetta, spikka wkoll punt fejn deher kif in-nies iħossu li hemm distakk kbir bejn il-popli u dak li jiġri fi Brussell, daqs li kieku l-Unjoni nnifisha u l-popli huma żewġ entitajiet distakkati minn xulxin.

L-ILLUM niżlet fil-pjazez tan-Naxxar u l-Mosta u staqsiet lin-nies x’jafu dwar il-presidenza u meta se tibda, x’se jkun qed jiġri hawn Malta u kif iħossu li se jibbenefikaw minnha. 

 

More in Intervisti