‘Jekk ikun hemm il-ħtieġa li bħala partit naħdmu mal-partit ta’ Marlene ma nsibu l-ebda diffikultà ’
'Illum għandna gvern li wegħdna l-perfezzjoni u tana infern fl-art'
minn John Busuttil

Jean Pierre Debono qal li dan il-gvern mhux talli mhux meritokratiku mal-poplu iżda jagħmel differenza anke mal-ministri tiegħu. “Għandu kabinett ‘two tier’. Hemm ministri, imbagħad hemm il-ministri ħbieb ta’ Joseph Muscat. Delegati stess jgħidulek li hemm ministri li huma biċċa waħda ma’ Joseph u li jaqdi bl-addoċċ. Simon qed jaħdem biex jara li jkollu team b’saħħtu u jkompli jrawwem fit-team kollu f’xulxin ħalli meta jkunu fdati fil-gvern jagħti l-aħjar riżultati possibbli. Perfetti qatt mhu se nkunu iżda se nagħtu l-aħjar. Illum għandna gvern li wegħedna l-perfezzjoni u tana infern fl-art.”
Ma stajtx ma nsemmilux l-Partit Demokratiku mmexxi minn Marlene Farrugia, speÄ‹jalment hekk kif il-PN, sa ftit tal-Ä¡imgħat ilu rikeb rikba tajba fuq il-karru tagħha. Issa li tista’ tirbaħ l-voti tal-PN kif se jibda jħares lejha?
“Il-Partit Nazzjonalista, meta mmorru għat-tellieqa se nkunu qed intellqu kontra kulħadd, kulħadd avversarju tagħna. In-nies li kellhom alleanza bla dubju ma’ partit jew ieħor qed jonqsu ħafna miż-żewÄ¡ naħat. Aħna jrid ikollna strateÄ¡ija li barra li nżommu lin-nies tagħna u li baqgħu magħna, nattiraw lil dawk in-nies li llum ma jħossux l-ebda affiljazzjoni ma’ xi partit jew ieħor. Jekk nibqgħu mexjin kif mexjin, preżenti aktar fost in-nies naħseb li finalment meta n-nies jiżnu se jmorru fuq min se jagħtihom stabbilità u serħan il-moħħ u dan se jkun biss il-Partit Nazzjonalista li joffrihom. Min se jtellaq magħna jistgħu jiżdiedu u jistgħu anke jonqsu. Li Marlene Farrugia kienet se toħloq partit qalitu qabel Ä¡iet il-protesta nazzjonali u sadattant il-partit tagħna tajnieha spazju xorta. Jekk ikun hemm il-ħtieÄ¡a li bħala partit nazzjonalista naħdmu mal-partit ta’ Marlene jew ma’ xi partit ieħor ma nsibu l-ebda diffikultà li nagħmlu dan. Għall-Ä¡id tal-pajjiż lesti li naħdmu ma’ kulħadd. Wasal iż-żmien li nitgħallmu nattakkaw l-argumenti u mhux lill-politiÄ‹i għax dak għandu mnieħru twil, jew għandu widnejh mgħawÄ¡in inkella għax ikrah jew sabiħ, il-politika mhux beauty contest iżda kompetizzjoni bejn min hu kapaÄ‹i jagħmel il-Ä¡id għall-pajjiż.”
Il-Każ ta’ Samuel Azzopardi ma kellux x’jaqsam mal-ħajja politika tiegħu
L-Assistent Segretarju tal-PN tkellem ukoll dwar il-każ tas-sindku Nazzjonalista Għawdxi, Samuel Azzopardi u qal li kien l-istess Azzopardi li mar quddiem il-Partit bil-fatti kollha u talab li jissospendi lilu nnifsu sa ma jinqata’ l-każ. “Is-sentenza tal-qorti nqatgħet u l-maÄ¡istrat tkellem Ä‹ar dwar ir-rwol politiku ta’ Samuel Azzopardi, jiÄ¡ifieri li l-każ m’għandux jaffettwa l-ħajja u x-xogħol politiku li wettaq Samuel Azzopardi. U dan il-Qorti qalitu u mhux aħna u għax ħassejna li għandna nagħtu każ dak li qalet il-Qorti mxejna mal-parir.”
Debono jassigura li anke jekk il-Qorti tkun tat sentenza b’saħħitha kontra xi politiku mill-PN se jagħtu kasha wkoll, “għax l-istandards huma l-istess għal kulħadd. Fil-ħajja pubblika għandek iżżomm standards għoljin. Il-każ ta’ Samuel Azzopardi ma kellux x’jaqsam mal-ħajja pubblika tiegħu, la bħala professjoni, la bħala politiku u lanqas bħala sindku jew kif jamministra l-fondi. Kien każ privat, fejn kellu inÄ‹ident mal-lejl u fejn żbalja ħallas tiegħu skont kif rat il-qorti.”
Se jirnexxilna nagħmlu lil Busuttil PM alternattiv
Tlabna lil Debono jfehmna eżatt għaliex kull stħarriÄ¡ li jsir ta’ opinjoni pubblika dejjem juri li Muscat hu aktar fdat minn Busuttil, anke jekk bħala partiti kull stħarriÄ¡ juri li qed jersqu ħafna viÄ‹in xulxin.
“Il-fatt li Simon Busuttil kellu jikkonÄ‹entra aktar fuq il-partit biex jaqilgħu mill-qiegħ fisser li kellu jinsa lilu nnifsu. Mhux l-istess kellu Muscat meta ħa r-riedni tal-partit f’idejh għax it-telfa tiegħu dak iż-żmien kienet ta’ madwar 1,500 vot u kellu art fertili fejn seta’ jibni kampanja li tibni immaÄ¡ini tajba ta’ Joseph Muscat. Dan il-lussu Simon ma kellux.”
‘Magħna taf fejn qiegħed’
Debono jkompli jgħid illi, “xogħlu l-ewwel kien li jibni imaġġini ta’ partit magħqud li meta ħadu f’idejh kien sfaxxat. U bena dan il-partit magħqud, għax illum għandna partit magħqud. Issa wasalna fi stadju fejn naħdmu ħafna aktar fuq Simon Busuttil bħala prim ministru alternattiv għax s’issa l-poplu mhux qed jarah dan. Naħseb li se jirnexxilna, avolja bdejna ngħalqu d-distakk minn sentejn ’l hawn għax sal-elezzjoni tal-MEP’s il-partit kien għadu qed jiżżerżaq għal isfel.”
Tkellimna dwar il-fatt li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni bil-voti tan-nazzjonalisti li tfisser li kienu n-Nazzjonalisti li tilfu l-elezzjoni u mhux il-Laburisti li rebħu l-elezzjoni. “Kien hemm nies li dejjaqhom il-PN , tnaffru u resqu lejn il-PL u kien hemm oħrajn li l-PL ħadem fuqhom biex jiÄ¡bidhom lejh. Waħda mir-raÄ¡unijiet ewlenin kienet li wara 25 sena kien hemm nies li qalu li kien wasal iż-żmien tal-bidla u Muscat ppreżenta pakkett sabiħ, fejn anke ħeba t-torÄ‹a u bidel l-imaġġini tiegħu. Iżda meta tikkunsidra s-sustanza, il-Partit Laburista beda jiżbalja u qed inaffar in-nies” Debono jispjega kif il-PN beda jaħdem fuq dawn in-nies li qed jitnaffru u qed jippreżenta “politika alternattiva fejn bdejna noħorÄ¡u fil-beraħ il-politika tagħna u poġġejniha għall-kritika. Muscat qagħad f’nofs it-triq bir-riskju li ttajru karrozza (kif kienet tgħid Thatcher). Magħna taf fejn qiegħed anke jekk ma taqbilx magħna f’kollox.”
“Iżda l-akbar xogħol li qed jagħmel Simon hu li qed jiltaqa’ man-nies personalment u qed isiru jafuh aktar mil-lat personali. Kelli okkażżjonijiet li kont miegħu. Hu għandu stil Ä¡enwin li jekk ma jistax jaqdik jew jagħtik dak li tixtieq, jgħidlek mill-ewwel li m’għandekx Ä‹ans. Għax jgħid li aħjar tkun taf fejn int miegħu u mhux jurik id-debba u jqabbiżlek il-ħmara, bħalma qalet l-istess deputat Laburista Marlene Farrugia li għamel magħha Joseph Muscat. Anke fejn ma naqbilx miegħu jgħidli ‘tajjeb Jean mela llum nafu li fuq din naqblu li ma naqblux’ dak hu Simon Busuttil.”
Jemmen li Simon se jikber fl-istatura politika
Hawnhekk Jean Pierre Debono qalilna li Simon Busuttil hu bniedem differenti minn dak li jidher fuq it-televiżjoni, “Li tkun tafu personali, il-persuna hu aktar fabbli, inqas anzjuż u jiċċajta aktar. Fuq it-televiżjoni irid jirilassa naqra aktar. It-televiżjoni kultant jagħti aspetti differenti milli verament tkun. Jista jurik li int riservat meta m’intix, inkella toħroÄ¡ li int soÄ‹jali ħafna meta fil-fatt tkun riservat u kważi trid tħallsu biex ikellmek. Simon Ä¡ej minn dimensjoni totalment differenti, mill-politika Ewropea fejn kien eċċelenti. Illum fuq livell personali kapaÄ‹i jirbaħ lil kulħadd iżda fuq il-midja għandu bżonn jirrilassa aktar. Iżda jien rajt bidla kbira f’Busuttil minn meta beda għal lum u nemmen li sal-elezzjoni se jkompli jikber fl-istatura. Min jiftakar lil Eddie jibda qas ħadd ma kien jaf min hu, imbagħad sa ma Ä¡ie biex jirtira kompla jkabbar l-istatura tiegħu. L-aħjar politiku hu li jitgħallem mill-esperjenzi tal-ħajja u jkompli jikber fl-istatura tiegħu.”
Jean Pierre Debono ilu fil-kariga ta’ Assistent Segretarju tmien snin, għalkemm jidher li din il-kariga jista’ jħalliha jekk jiddeÄ‹iedi li jikkontesta l-elezzjoni wara li Ä¡ie mitlub biex jagħmel dan mill-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil, wara li ta’ qablu, Gonzi kien waqqfu milli jagħmel dan.
“Fl-2013 li kien Ä¡ara kien li x-xogħol tiegħi akkumula ħafna u kont naħdem sal-4 a.m. naħdem. Gonzi qalli li qed naħraq ix-xemgħa miż-żewÄ¡ naħat u meta jkollhom bżonni ma kinux se jsibuni u talbuni biex ma nikkontestax. Ma kontx ħadt pjaÄ‹ir. Iżda ħdimt u r-riżultat kien dak li kien u ma naħsibx li kieku ħriÄ¡t jien kont se nagħmel differenza. Illum il-Ä¡urnata l-Kap tal-Partit jemmen li għandi nikkontesta, iżda llum inpoġġi r-realtà tal-familja tiegħi qabel l-ambizzjonijiet tiegħi. Dak iż-żmien il-mara ma kinitx involuta fil-politika u llum jien missier ta’ tifla ta’ sena u marti qiegħda fil-parlament. M’iniex fil-parlament iżda għandi l-aħjar nofs tiegħi fil-parlament. Jekk nikkontestax jew le teħtieÄ¡ diskussjoni fil-fond mal-familja tiegħi. Nara jekk il-familja tiflaħx għas-sagrifiċċju u fl-istess waqt ma nixtieqx li jgħaddu tmien snin u nara lit-tifla diÄ¡à tfajla u ma niftakarhiex tikber.”
Ix-‘shooting stars’ ta’ Muscat qed jinħarqulu
Parti mix-xogħol tal-assistent segretarju tal-partit hu li jressaq kandidati Ä¡odda biex jiÄ¡u mistħarrÄ¡a ħalli jikkontestaw l-elezzjoni Ä¡enerali, “aktar ma nsibu kandidati aktar aħjar. Iżda fil-politika hemm ‘shooting stars’ u ‘rising stars’. Biex jirbaħ elezzjoni Muscat għażel ħafna ‘shooting stars’ li qed jinħarqulu. Jiżbalja l-Partit Nazzjonalista jekk imur għax-‘shooting stars’ li jagħmlu ħoss fil-bidu u jisfaxxaw. Il-PN għandu jagħżel politiÄ‹i, imrawmin tajjeb, jaf minn fejn Ä¡ejjin u jaf min huma u mhux jitfaċċaw mix-xejn u jsiru super popolari f’daqqa. Irridu naħdmu fuq ‘rising stars’. Hemm bżonn li Malta toħloq skola ta’ politiÄ‹i li jitrawmu fuq liema ideal jagħżlu u meta jiÄ¡u għat-testijiet diffiÄ‹li jgħaddu u mhux jeħlu. Il-partiti politiÄ‹i qed ifallu f’dan il-fatt.”
Il-meritokrazija falliet għalkollox, taħt Gonzi inqdew il-ħbieb tal-ħbieb u ta’ dan patta qares. Taħt Muscat li rebaħ bl-għajta tal-meritokrazija falliet ukoll fejn qed jinqdew in-nies tal-klikka wkoll, tant li biex rebaħ il-voti d-deputat mexxej li-Ä¡did qal li jrid jaqdi lil-Laburisti. Gvern taħt Simon ikun meritokratiku? Laburist tajjeb se jżomm postu? Jew din kelma li tintuża biss sa ma jintrebħu l-voti?
“Meta wieħed ikun fil-gvern,” beda Debono jrid team ta’ nies li jwettqu l-politika tiegħu. F’dan il-pajjiż hawn nies li kapaÄ‹i jaħdmu għall-Ä¡id tal-pajjiż u ppruvaw lilhom infushom li minn amministrazzjoni għal oħra ma ħarsux lejn il-bandiera iżda li jagħtu servizz tajjeb. Illum hemm dawk in-nies li qed jiÄ¡u użati bħala ‘henchmen’ u l-hitman tal-PL biex ħaddiema tal-gvern nazzjonalisti qed iħalluhom Ä¡o kamra ma jagħmlu xejn, fejn hemm minnhom li lanqas kompjuter u telefon m’għandhom fl-uffiċċju. Å»gur li l-PN ma jridx dan it-tip ta’ meritokrazija. Aħna rridu li nieħdu l-potenzjal kollu ta’ kull persuna li taħdem fiÄ‹-Ä‹ivil, anke jekk ikun l-akbar laburist. Dik hi l-politika tagħna. Il-meritokrazija tfisser li jkollok nies li tista’ tafdahom fix-xogħol, kapaÄ‹i u tajbin fix-xogħol. Dan meta wieħed jidħol għal operazzjoni ma jħarisx jekk il-professur hux nazzjonalist jew laburist iżda jekk hux tajjeb jew le. Kif nafdaw il-persuna tagħna meta mmorru għal operazzjoni, hekk irridu nafdaw fil-gvern li nibdew nemmnu vera li jekk ħaqqni se neħodha.”
Hemm ministri u ministri




