(FILMAT) 'Għax tilef libell ma jfissirx li Toni Bezzina ħati’

Il-Qorti qalet li l-gazzetta kellha dritt tikkumenta, mhux li Toni hu ħati

Jean Pierre Doboni intervistat minn l-ILLUM

L-aktar bniedem idoneu biex jitkellem dwar il-bidla fil-Partit Nazzjonalista bla dubju hu l-Assistent Segretarju tal-partit, Jean Pierre Debono. Dan minħabba l-fatt li kien f’din il-kariga taħt Lawrence Gonzi meta dan kien Prim Ministru u issa taħt Simon Busuttil li qed imexxi l-Oppożizzjoni.

Wara xhur sħaħ li l-PN ilu jtambar fuq governanza tajba, tfaċċa l-każ ta’ Toni Bezzina fejn il-Qorti tat raġun lill-ġurnal li kien ippubblika storja dwar kif Bezzina kien qabbad ħaddiema tal-Gvern jaħdmu fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq. Il-midja u anke l-poplu donnu qed jistenna li issa l-PN, kif jgħidu bl-Ingliż ‘walks the talk’ u jneħħi lil Toni Bezzina minn ma’ djulu għax kiser il-liġi.

“Toni Bezzina ma nstabx ħati iżda għamel każ ta’ libell u tilfu għax il-Maġistrat qal li l-kumment li għamlet il-gazzetta Laburista kien ‘a fair comment’. Fatt li ħareġ waqt ix-xhieda hi li tliet ħaddiema taċ-ċivil, bagħtu għalihom fiċ-ċentru Laburista u ffirmaw dikjarazzjoni biex jaqilbu d-dikjarazzjoni oriġinali li kienu għamlu. Min bagħat għalihom? U l-Partit Laburista fiex daħal? Xi pressjoni għamel fuq dawn it-tliet ħaddiema? U minn tant postijiet, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ltaqgħu? U min kien il-persuna li ddraftja dak li kitbu? Dan għalija juri ndħil politiku mill-Partit Laburista.”

Il-Qorti qalet li l-gazzetta kellha dritt tikkumenta, mhux li Toni hu ħati

Mistoqsi jekk jafux min kien li bagħat għalihom, Jean Pierre qal li ma jafux min hu, “issa jalla l-isem ta’ min bagħat għalihom joħroġ waqt il-każ tal-appell. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien ċar li jieħu pożizzjoni wara l-appell. Naħseb li l-PN hu ħafna mili ’l bogħod mill-Partit fil-Gvern fejn tidħol governanza u wieħed jista’ jġib l-eżempju tal-Panama Papers.” Debono fakkar kif din l-istorja ma ħarġitx fuq il-‘Kulħadd’ “iżda fuq il-midja internazzjonali kollha u sadattant, il-Kummissarju qalilna li m’hemmx każ, l-investigazzjoni ma nafux x’sar minnha u l-‘audit’ ma nafux x’sar minnu u fejn wasal. F’dan il-każ Toni Bezzina, għax jemmen li kellu raġun, kien hu li mar quddiem il-Qorti biex jillibella lill-gazzetta. Il-qorti qatt ma qalet li Bezzina hu ħati, iżda qalu li l-gazzetta kellha dritt tikkumenta hekk fil-kuntest ġurnalistiku.”

...il-PN jieħu l-passi neċessarji jekk Bezzina żbalja

Mistoqsi jekk il-PN iċċekkjax jekk hux vera li Toni Bezzina għamel dak li kitbet il-gazzetta, Debono qal li fl-ebda ħin ma kien kompitu tiegħu li jara jew jinvestiga lil Bezzina, “Imma jekk hemm xi ħadd li jħoss li għandu jidħol fid-dettall, jinvestiga d-dettalji u jsib li Toni Bezzina żbalja, m’għandix dubju li l-Partit Nazzjonalista” “ineħħih?” staqsieh l-ILLUM, “jieħu l-passi neċessarji bħalma ħa fil-passat” kompla Debono.

Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Intervisti