Nixtieq li ntella l-programm tiegħi fuq l-istazzjon nazzjonali meta jkun veru tal-pubbliku - Bundy
Dwar Busuttil qal li ma jentużjasmahx iżda japprezza l-perseveranza tiegħu....Dwar Muscat qal li hu ħabib iżda qatt ma ddiskuta l-politika miegħu - It-tieni parti tal-intervista
minn John Busuttil

Hawn staqsejt il-mistoqsija li hawn fuq fomm il-ħafna. Allura John Bundy irid it-tmun tal-PBS? “Mhux se nwieÄ¡bek dwar din. Jien m’għandix xewqat li jispeÄ‹ifikaw dik. Inħalli lil kulħadd fil-libertà tiegħu jara hu. Kulħadd jaf x’esperjenza għandi, kulħadd jaf kif nagħmel ix-xandir, kulħadd jaf li jekk se nagħmel xi ħaÄ¡a, jew se nagħmilha sew, inkella ma nagħmel xejn. Kulħadd jaf li jien korrett ħafna f’dak li nagħmel, issa jien ma nikkmanda lil ħadd u mhu se nħabbat il-bibien ta’ ħadd. Nixtieq nagħmel dak li naf. Xandar hu dak li jieħu x-xandir f’direzzjonijiet differenti. Meta nħares lejn il-PBS, nara tliet kelmiet li jfissru Public Broadcasting Services. Iżda veru dawn il-kelmiet? Il-PBS illum irid jibdel ismu għal SBS, State Broadcasting Services. Kien hekk qabel, u għadu. Ma nbidel xejn mal-bidla tal-amministrazzjoni. Il-policy għandha tkun li teduka u tagħti opportunitajiet u jinħoloq il-bilanÄ‹ li l-aħbar tkun ta’ kulħadd u għal kulħadd. Qed jagħmlu l-PBS dan kollu?”
Bundy fil-fatt ħadem fuq kull stazzjoni tar-radju, jew każi kollha u jemmen li l-uniku stazzjon li jagħti servizz vera lil pubbliku hu l-RTK anke jekk għandu l-aġenda tal-Knisja, skont Bundy xorta jitħalla jiddiskuti kollox mingħajr indħil.
Tlabt lil Bundy jagħtini opinjoni dwar il-PN taħt Simon Busuttil fejn qal li f’Ä‹ertu segmenti nbidel u qed jinbidel. “Inbidlu l-kapijiet, inbidlu segretarji Ä¡enerali, iżda hemm sezzjonijiet li għadhom lanqas biss bdew jixxaqqu aħseb u ara kemm inbidlu. Iżda dawn ma tagħmilhomx mil-lejl għan-nhar. Simon wiret partit fallut minn kollox. Ma rridx inkun fiż-żarbun tiegħu u għalkemm ma jentużjażmanix, napprezza l-perseveranza tiegħu.”
Illum il-Ä¡urnata, John Bundy jqis ruħu Laburist jew Nazzjonalist? Għal dan, huBundy llum iqis ruħu laburist jew nazzjonalist wieÄ¡eb, “Jien inqis ruħi Malti.” U dwar Joseph Muscat kif jaħsibha? “Jien u Joseph ħbieb u kemm ilni nafu, qatt ma ddiskutejt kwistjonijiet politiÄ‹i miegħu. Qatt ma kont parti integrali mill-moviment tal-PL. Jien qatt ma kont involut fil-kampanja tal-PL, iżda kont nemmen il-mod kif iwassal il-messaġġ u l-ideat friski lill-poplu.”
Staqsejt lil Bundy jekk il-wegħdiet li għamel Joseph Muscat fil-kampanja żammhomx, “mhux ma żammx kelmtu, iżda hu mdawwar b'xi nies li jimbarazzawh. Billi tkun mexxej, ma tistax tikkontrolla lil kulħadd.”
Tkellimna dwar ix-xandir jekk dan għolhiex fil-livell, “Illum tilef il-livell. Kull min jaf jagħfas buttuna, sar xandar. Barra li minħabba l-media soÄ‹jali tnaqset is-saħħa, il-kwalità naqset immens. Nies li titqażżeż tismagħhom qed jieħdu l-ħin fix-xandir. Hemm bżonn bidla.”
John Bundy barra li hu xandar hu wkoll mużiÄ‹ist, anzi qalli li hu ma jgħix mingħajr il-mużika, “jien nismagħha kuljum u ndoqqha kuljum.” Għalhekk ma stajtx ma nitkellmux ftit dwar il-Eurovision, “Ippreżentajt il-Eurovision seba’ darbiet u kull darba li ppreżentajtu dejjem kont iÄ‹-Ä‹entru tal-kritika kostruttiva. Ma’ kull wieħed li ppreżentajt, dejjem kelli storja għalkemm l-aktar wieħed li kien speÄ‹jali, kien meta ppreżentajtu ma’ Simone Cini. Jien ma kontx qbilt dwar dan, għax din kienet newscaster u mhux preżentatriÄ‹i, iżda ltqajna u tkellimna kif se nippreżentawh, u qbilna li m’hemmx karti, imma timmemorizza kollox. Spiċċajna fejn gazzetti qalulna li r-rebbieħa tal-Eurovision kienu l-preżentaturi.”
Tlabtu jagħtini l-opinjoni tiegħu dwar il-kontroversja Ira Losco, “Dan l-aħħar Ä¡ranet smajna li l-festival dis-sena kien biex tintgħażel il-kantanta u mhux il-kanzunetta. Iżda din smajnieha wara l-festival u mhux qabel. Miniex nikkontesta lil Ira Losco, imma dan il-festival ma messu sar qatt. Għalija l-organizzatur kellu jagħmel bħalma għamel meta għażel lil Gaia u jibgħat lil Ira Losco bil-pakkett tagħha ta’ esperjenza ta’ 14-il sena. Ira Losco ma kellhiex bżonn festival biex tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision. Il-festival sar għalxejn. Mhux vera li l-festival sar biex tintagħżel il-kantanta, għax allura għalfejn Ira Losco daħlet b’żewÄ¡ kanuznetti jekk il-kanzunetta ma kellhiex tkun ivvutata? Dan il-festival inqabblu ma’ tiÄ¡rija tar-roti fejn minn 14-il kontestant, 13 niżlu bir-rota u waħda niżlet bil-mutur. Mhux lit-13-il rota imbarazzajt, iżda lil tal-mutur. Ira Losco ma kellha qatt tidħol f’kontroversja, Ira Losco Ä¡iet imdaħħla f’kontroversja. InÄ¡ust ukoll mal-kantanti l-oħra li kienu qed jikkompetu ma’ artista internazzjonali, kompluta, brava, figura, diskografija u band mill-aqwa warajha. Ira tikkompeti ma’ Miley Cyrus u mhux f’kompetizzjoni lokali. Qatt ma kellu jsirdan, u l-probabbiltà hi li sar għal skopijiet differenti, u nieqaf hemm u ma ngħid xejn iżjed.”
X’jixtieq Bundy għal futur? “Nixtieq li dan il-programm li qed intella’ fuq RTK nagħmlu fuq it-televiżjoni li mhux marbut ma’ xi karru. Nixtieq li nagħmlu fuq l-istazzjon nazzjonali meta jkun veru l-istazzjon nazzjonali bit-titlu: Public Broadcasting Service. Meta jkun tal-pubbliku u għall-pubbliku.”



