Dawk li jibdlu l-kuluri m'humiex tradituri - Marlene Farrugia

"Kont u għadni kontra d-divorzju għax jien Kattolika. Lili ddivorjzawni u mhux iddivorzjajt jien"

Saviour Balzan fil-programm Reporter poġġa lil Marlene Farrugia fuq il-mejda għal intervista ‘one on one’ li soltu jagħmilha lil kapijiet tal-partit. Iżda din id-darba ħass li Marlene li kienet tagħmel parti miż-żewġ partiti kien jixirqilha programm weħidha għax kellha ħafna xi tgħid interessanti.

Bla dubju li f’siegħa sħiħa Marlene ma tbegħdet qatt mill-idejoloġija tagħha ta’ Moviment Tagħna Lkoll. Anke jekk Saviour Balzan ipprova kemm il-darba jġibha dahra mal-ħajt dwar l-idejoloġija realistika tal-moviment, Marlene baqgħet soda temmen f’dak li skont hi emmnet sal-elezzjoni u għadha temmen. Tant li hi tgħid li qed tagħmilha ta’ watchdog fuq il-partit tagħha ħalli ma jmurx oltre minn dak li ppriedka u rebaħ elezzjoni bih li Malta tkun ta’ kulħadd u mhux tal-ħomor jew il-blu. “Jien gwardjana biex dan il-moviment ma jimplodix. Suppost m’hawn nazzjonalisti u laburisti iżda kulħadd hu parti minn moviment b’ koalizzjoni ta’ idejat.”

Ammettiet ukoll li faħħret lil Simon Busuttil meta ħassitu li kien tajjeb għax hi temmen li hemm bżonn ta’ oppożizzjoni qawwija ħalli l-gvern tagħha jibqa attent li ma jiżbaljax u jimxi eżatt skont il-programm elettorali li kull persuna jista jilħaq u jieħu dak li ħaqqu bil-kapaċita tiegħu mhux għan jiġi ttimbrat aħmar jew blu.

Fl-ewwel parti tal-programm, Marlene irrakuntat il-mod kif minn ambjent u familja laburista spiċċat biex l-ewwel vot tagħha tagħtu lil partit Nazzjonalista għax f’Eddie Fenech Adami bdiet tara partit li jersaq lejn il-ħaddiem u dak li twieldet fih beda jitbiegħed minn dak kollu li kienet temmen fih. Iżda f’Alfred Sant rat li l-partit laburista reġa beda riesaq lejn is-soċjaliżmu kapitalistiku u marret lura lejn l-oriġini tagħha. Qalet ukoll li Alfred Sant kien irnexxilu jixkana lil marmalja laburista li kienet inħolqot u li kienet begħditha mill-partit laburista.

Meta Saviour Balzan ipprova jistaqsiha jekk il-ħajja privata tagħha ressqitiex lejn naħa jew oħra sew minħabba l-ex żewġha Jeffrey Pullicino Orlando u l-partner preżenti Godfrey Farrugia, hi qalet li qatt ma ħalltet il-ħajja privata tagħha ma’ dik politika.

Qalet ukoll li l-ħolma ta’ Joseph ta’ movement laburista kienet il-ħolma tagħha u ta’ Gidfrey minn dejjem u għalhekk baqgħet tiġri wara Muscat. Qalet li sal-elezzjoni dik kienet l-idejoloġija li kien iħaddan il-moviment u semmiet il-mod kif tneħħa Norman Vella mix-Xandir kien meta n-nies bdew jiddubitaw jekk hux vera l-għajta ta’ Malta Tagħna Lkoll kinitx ta’ vera.

Semmiet meta Joseph Muscat qalilha biex hi u l-partner tagħha jagħżlu min kellu jkun ministru u hi qalet li semmietlu lil Godfrey, “Iżda kien sta għal Muscat li jagħmel l-għażla. Li kont jien kont nagħmilhom it-tnejn jekk it-tnejn kellhom x’joffru.” Tenniet marlene meta mistoqsija minn Balzan x’tagħmel li kellha tkun hi prim ministru f’każ bħal dan.

Marlene stqarret li hi kienet u għadha kontra d-divorzju għax hi kattolika. “Lili ddivorjzawni u mhux jien iddivorzjajt. Issa tistgħu tgħiduli li jien poġġuta imma jien  hekk kont nemmen u għadni nemmen. Iżda bħala membru parlamentari ħassejt li għalkemm jien personali kontra d-divorzju m’inhix kontra d-dritt tad-divorzju”.

Mistoqsija dwar il-bidla fil-ħsibijiet ta’ Castaldi Paris u  kif tinterpretah qalet li hemm partit fi Spanja li sploda b’membri ġodda, ieħor tal-Greċja rebaħ elezzjoni b’membri ġodda u anke Malta “Irridu noħorġu mill-mentalita magħluqa li min jibdel il-kuluri mhux tradituri. Il-poplu qed jinbidel f’nies li jaħsbu b’moħħhom. Il-politika ta Lawrence Gonzi naffret nies bhal Castaldi Paris u 36,000 oħra.”

Mitluba jekk hix deċiża li ma toħroġx iżjed għall-eelzzjoni it-tweġiba tagħha kienet kemmxejn vaga. “Ma nistax neskludi totalment iżda l-ħsieb tiegħi hu li nieqaf ma din il-leġislatura”

More in Intervisti