F'intervista esklussiva fuq l-ILLUM fil-ħarġa ta' għada, JPO jgħid li meta ftit tax-xhur ilu Simon Busuttil bagħat għalih biex jirritorna fil-partit hu qallu li qatt ma jista' jaħdem taħt l-istess partit li fih jimmilitaw Austin Gatt u RCC, qallu wkoll li ħela wisq ħin fil-partit Nazzjonalista.
F'din l-intervista JPO isemmi wkoll fatti li skont hu juru biċ-ċar ir-rabta li hemm bejn Daphne Caruana Galizia u l-Partit Nazzjonalista.
Intervista li fiha diversi fatti u avvenimenti li qatt s'issa ma kienu ħarġu fil-mezzi tax-xandir f'din l-intervista li se tkun pubblikata għada fil-ħarġa tal-ILLUM.