Nitkelmu ma’ Ivan Castillo
Ivan Castillo, Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq it-8 u t-12-il distrett tkellem ma’ din il-gazzetta hekk kif ikkonferma
Għal min ma jafekx, min hu Ivan Castillo?
Jien Ivan Castillo, miżżewweġ lil Corinne, u bħalissa nservi bħala membru parlamentari għat-12-il distrett mal-Partit Nazzjonalista, li jinkludi l-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija, u n-Naxxar, flimkien ma’ żoni oħra fit-Tramuntana ta’ Malta li ngħaqdu mad-distrett, bħall-Imġarr u Burmarrad.
Jien ġej minn din il-komunità u nemmen fil-politika li tkun viċin in-nies u bbażata fuq ir-realtajiet ta’ kuljum tagħhom. Kelli wkoll esperjenza fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, fejn kont Minority Leader. Hemm tgħallimt aktar kemm hu importanti li tisma’ u taġixxi fuq dak li verament qed jaffettwa lir-residenti.
Fil-Parlament niffoka fuq temi li jolqtu direttament il-ħajja tan-nies fid-distrett tiegħi, bħat-traffiku, l-infrastruttura, l-iżvilupp u l-kwalità tal-ħajja. Nemmen f’politikaprattika, viċin in-nies, u li tfittex soluzzjonijiet reali għall-problemi ta’ kuljum. Però wkoll bħala Shadow Minister tax-Xogħol, settur Marittimu u Avjazzjoni nagħmel ħiltikollha biex niltaqa’ ma’ stakeholders u Social Partners sabiex nirrappreżentahom kollha bl-aħjar mod.
Inti kandidat għall-elezzjoni ġenerali. Fuq liema distretti se tikkontesta?
Se nikkontesta fuq it-12 u t-8 distrett.
Xi tħoss li huma l-ikbar sfidi li qed jaffaċċjaw in-nies f’dawn id-distretti, u xi tħoss li tista’ tagħmel int biex ittaffi t-tħassib tan-nies?
Nemmen li waħda mill-akbar sfidi li qed jaffaċċjaw in-nies fit-12 u t-8 distrett hija l-għoli tal-ħajja, partikolarment il-prezzijiet tal-kera u tal-proprjetà, kif ukoll it-traffiku u l-pressjoni fuq is-servizzi fil-lokalitajiet tagħna. Ħafna familji u żgħażagħ qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ispejjeż ta’ kuljum u biex ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.
Naħseb ukoll li hemm tħassib dwar l-indafa, is-sigurtà, u aktar spazji miftuħa u attivitajiet għaż-żgħażagħ u l-familji.
Fuq it-12-il distrett hemm diversi sfidi serji li ilhom jiġu injorati. Fil-Mellieħa għad m’hemmx għassa tal-pulizija adegwata, minkejja ż-żieda qawwija fil-popolazzjoni u t-turiżmu. Fl-istess ħin, in-nuqqas ta’ triq alternattiva qed iwassal għal problema kbira ta’ traffiku li qed taffettwa l-kwalità tal-ħajja tar-residenti kuljum.
Fix-Xemxija qed naraw żvilupp bla kontroll li qed jifga lill-komunità u jbiddel il-karattru tal-lokalità mingħajr biżżejjed ippjanar u rispett lejn ir-residenti. Min-naħa l-oħra,f’San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra, is-sigurtà u l-infurzar għandhom bżonn ikunu msaħħa b’investiment aktar serju fil-komunità u bi preżenza aktar viżibbli tal-awtoritajiet.
L-Imġarr kiber ħafna u llum l-iskola mhix kbira biżżejjed biex tilqa’ t-tfal kollha tal-Imġarr.
Nixtieq naħdem favur investiment aktar b’saħħtu fil-komunitajiet tagħna, aktar infrastruttura moderna, toroq aħjar, trasport aktar effiċjenti u inizjattivi li jgħinu lill-familji u lin-negozji lokali. Fuq kollox, irrid inkun persuna aċċessibbli li verament tirrappreżenta lin-nies u taħdem fl-interess tagħhom.
In-nies għandhom dritt għal lokalitajiet aktar siguri, aktar organizzati u bi kwalità ta’ ħajja aħjar, u huwa dan li rrid inkompli naħdem għalih. Huwa appuntu għalhekk li bħala kandidat, irrid inkun viċin in-nies, nisma’ aktar il-problemi tagħhom u naħdem biex dawn il-vuċijiet jaslu fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.
X’inhu dak li jiddistingwik minn kandidati oħrajn?
Nahseb kull persuna għandha t-tajjeb tagħha u tista’ toffri progress lil pajjiżna. Dak li jiddistingwini minn kandidati oħra huwa li jien persuna viċin in-nies u nifhem ir-realtajiet ta’ kuljum tagħhom. Nemmen fil-politika bbażata fuq is-smigħ, il-preżenza fil-komunità u l-ħidma konkreta, mhux biss bil-kliem waqt kampanja elettorali.
Jiena nemmen li r-rappreżentanza tfisser li tkun aċċessibbli, li tkun disponibbli biex tisma’ lill-familji, liż-żgħażagħ, lill-anzjani u lin-negozji, u li tassew tiġġieled għall-interessi tagħhom. Ma rridx inkun politiku li jidher biss qabel elezzjoni, iżda persuna li tibqa’ preżenti u taħdem kontinwament għan-nies. U fil-fatt hekk għamilt, u kburib’dan.
Fl-istess ħin, ma nibżax nitkellem dwar il-problemi reali li qed jolqtu lill-lokalitajiet tagħna, bħat-traffiku, l-iżvilupp bla kontroll, l-ambjent, is-sigurtà u l-kwalità tal-ħajja, u naħdem biex dawn jiġu indirizzati b’serjetà u b’viżjoni fit-tul.
Malta, gżira fil-Mediterran, spiss tkun id-destinazzjoni għall-immigrazzjoni irregolari. Taħseb li għandna nagħlqu l-fruntieri jew nilqgħu lil kull min jiġi?
Malta hija pajjiż żgħir b’riżorsi limitati, u għalhekk l-immigrazzjoni irregolari trid tiġi indirizzata b’serjetà, b’responsabbiltà, u b’sens ta’ bilanċ.
Jeħtieġ li Malta tibqa’ umana u tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha, speċjalment fejn jidħol salvataġġ tal-ħajja umana. Iżda fl-istess ħin hemm bżonn politika soda li tipproteġi s-sigurtà, l-istabbiltà u l-kwalità tal-ħajja tan-nies tagħna.
Taħseb li l-Amerka u Iżrael kellhom dritt u raġun jattakkaw lill-Iran? U Iżrael għandu dritt ikompli jattakka lil-Libanu u l-Palestina?
Din hija kwistjoni sensittiva u serja ħafna. Nemmen li kull pajjiż għandu d-dritt jiddefendi s-sigurtà tiegħu, speċjalment jekk iħoss li hemm theddida diretta. Fl-istess ħin, kull azzjoni militari trid tkun proporzjonata u skont il-liġi internazzjonali.
Ma naħsibx li l-gwerra għandha tkun l-ewwel soluzzjoni, għax fl-aħħar mill-aħħar huma ċ-ċivili li jbatu l-aktar. Għalhekk nemmen li d-diplomazija, id-djalogu u l-pressjoniinternazzjonali għandhom dejjem jiġu pprijoritizzati biex jiġu evitati aktar eskalazzjonijiet fil-Lvant Nofsani.
Bħala pajjiż żgħir, Malta għandha tibqa’ tinsisti favur il-paċi, l-istabbiltà u s-soluzzjonijiet diplomatiċi, filwaqt li tikkundanna kull attakk fuq ċivili minn kwalunkwe naħa.
X’inhi l-pożizzjoni tiegħek fuq dawn:
* Kostruzzjoni vs spazji ħodor
Il-kostruzzjoni jew l-iżvilupp ekonomiku bħala prinċipju jrid jintlaaq, però hemm bzonn aktar ippjanar strett u infurzar tal-liġijiet tal-ippjanar. L-iżvilupp irid ikun aktarsostenibbli, fi kliem iktar sempliċi ma jmurx kontra l-kwalità tal-ħajja jew il-karattru tal-lokalitajiet. Bħalissa hemm pressjoni eċċessiva fuq l-infrastruttura.
Fuq l-ispazji ħodor u l-ambjent, il-PN jappoġġja aktar protezzjoni ta’ ODZ (Outside Development Zone) u art agrikola. Nipproponu aktar parks, ġonna u spazji pubbliċiħodor fil-bliet u l-irħula. Ninsistu fuq il-ħtieġa li jitkabbru l-proġetti ta’ riġenerazzjoni urbana li jinkludu żoni ħodor, mhux biss binjiet.
Irid jkun hemm bilanċ bejn żvilupp u ambjent, speċjalment minħabba d-densità għolja tal-bini f’Malta.
* Immigrazzjoni u overpopulation
Immigrazzjoni
Attwalment il-mudell ekonomiku preżenti tal-Gvern huwa l-kawża ewlenija tal-overpopulation f’Malta, u dan qed inaqqas il-kwalità tal-ħajja u l-indipendenza tal-poplu. Il-PN isejjaħ għall-kontroll fuq il-permessi ta’ residenza u bidla lejn mudell ekonomiku bbażat fuq il-kwalità u l-investiment. Li jsir labour market research serju u realistikubiex nagħtu dak li għandna bżonn. Li mmorru minn labour intensive għall-valur miżjud.
Bħalissa għandna kriżi tal-kwalità tal-ħajja. Il-popolazzjoni eċċessiva qed toħloq inġustizzja soċjali u thedded id-dinjità tal-għejxien tal-Maltin, u b’hekk irid ikun hemmbidla fil-mudell ekonomiku. Bħala PN qed nipproponu li l-ekonomija ma tiddependix biss fuq iż-żieda fin-numru ta’ ħaddiema barranin, iżda fuq setturi ġodda li jġibuinvestiment u valur miżjud. Il-ħaddiema barranin li jiġu Malta għandhom ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex jagħtu valur miżjud lill-ekonomija u b’hekk titnaqqas il-pressjonifuq l-infrastruttura u s-servizzi.
* Traffiku u infrastruttura
“Hu ċar li s-sistema tat-trasport f’Malta waslet fil-limiti tagħha u qed tħalli impatt serju fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies, il-produttività u anke s-saħħa mentali.
Il-pożizzjoni hija sempliċi: ma nistgħux nibqgħu nippruvaw insolvu l-problema tat-traffiku b’miżuri temporanji u nistennew riżultati differenti. Malta għandha bżonn viżjoni nazzjonali fit-tul għat-trasport, ibbażata fuq ippjanar serju, sistemi alternattivi tat-trasport, trasport pubbliku aħjar, trasport bil-baħar, toroq aktar siguri, u infrastruttura aktar intelliġenti.
Irridu nnaqqsu l-ħin li familji qed jaħlu kuljum fit-traffiku. Il-politika tat-trasport trid tkun mibnija madwar il-kwalità tal-ħajja, Kif wkoll efficjenza mhux sempliċement fuq kif nimxu aktar karozzi minn post għal ieħor.
Is-soluzzjonijiet jeħtieġu investiment serju, ippjanar bir-reqqa u implimentazzjoni immedjatama nistgħux nistennew ħames snin oħra biex nibdew.
Il-pajjiż jistħoqqlu sistema moderna tat-trasport li taħdem għall-futur, mhux waħda li kontinwament qed tipprova tlaħħaq mal-preżent.”
