ARA| Illum l-ewwel dibattitu bejn Alex Borg u Robert Abela ġewwa l-Università

Il-mexxejja tal-partiti politiċi li qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali se jiltaqgħu għall-ewwel dibattitu elettorali bejn il-Kap tal-PN Alex Borg u l-Prim Ministru Robert Abela

Il-mexxejja tal-akbar partiti politiċi f’Malta llum se jaffaċċjaw lil xulxin fl-ewwel dibattitu elettorali bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.

Għad-dibattitu mistennija jattendu wkoll il-mexxejja tal-partiti kollha li qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali.

Id-dibattitu se jsir fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta u huwa mistenni jibda għall-ħabta tas-2:00 p.m.

 

More in Elezzjoni 2026