'Mhu se nittollera ebda arroganza' Abela jwissi quddiem eluf ta' paritarji li ħonqu l-Mile End

Il-PM u Mexxej Robert Abela jindirizza eluf kbar ta' partitarji li ħonqu lit-toroq tal-Ħamrun

Folol kbar fil-Ħamrun
Folol kbar fil-Ħamrun

Meta kien qed ikellem folla ta' eluf ta' partitarji li nġabru l-Mile End il-Ħamrun wara rebħa storika li l-Partit Laburista qed jipproġetta li tkun waħda b'distakk ta' madwar 40,000 vot fuq il-Partit Nazzjonalista, il-Mexxej Laburista Robert Abela sostna li hu mhu se jittollera ebda arroganza fil-Gvern tiegħu u qal illi fl-ewwel mandat tiegħu huwa irid ikompli jibni fuq it-tajjeb imma jrid jara wkoll li jkunu indirizzati l-prioritajiet ġodda.

Folol fil-Ħamrun
Folol fil-Ħamrun
Folol fil-Ħamrun
Folol fil-Ħamrun

Huwa indirizza lil dawk li ma vvotawx lill-Partit Laburista u jgħid illi anke dawk li astjenew mill-vot hu jrid li dan ikun Gvern u pajjiż tagħhom. "Lil dawk li ma vvotawx lill-Partit Laburista ngħidilhom li dan il-partit għandu bżonnkom, mela ejja naħdmu flimkien ħalli nibqgħu nagħmlu l-ġid lil dan il-pajjiż."

Huwa wiegħed lill-eluf preżenti li se jkompli jaħdem mill-qalb. "Kellna ħames snin ta' riżultati u dan l-appoġġ tant b'saħħtu rridu nrodduh lura b'umiltà." Abela insista diversi drabi dwar l-importanza tal-umiltà. 

Ara aktar dwar il-projections tal-PL ta' rebħa ta' madwar 40,000 vot. 

Ara kif Bernard Grech irreaġixxa meta qal li beħsiebu jibqa' jmexxu

More in Elezzjoni 2022