Il-Partit Laburista b'rebħa storika ta' 39,474 vot distakk fuq il-PN

Il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni b'distakk storiku

Il-Partit Laburista, għat-tielet darba, rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali, bl-indikazzjonijiet huma li d-distakk jibqa' wieħed sostanzjali ħafna. L-ewwel projections tal-Partit Laburista fil-fatt huma li dan għamel rebħa storika u assoluta ta' madwar 40,000 vot, li hija aktar minn dak tal-2017 meta d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista kien ta' ftit aktar minn 35,000 vot. 

Il-Partit Laburista ilu mill-2009 jirbaħ elezzjoni wara oħra b'distakk qawwi ta 'l fuq minn 30,000 vot u dan minkejja kull tentattiv mill-PN biex jibqa' jidher relevanti. Biss biss, mill-2009 'l hawn il-PN kellu xejn inqas minn erba' kapijiet differenti. L-aktar rebħa kienet dik tal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019 meta l-PL rebaħ b'aktar minn 42,000 vot. 

Din ir-rebħa waslet għal ċelebrazzjonijietmadwar il-pajjiż kollu, carcades u pjazzez mimlija folol ta' nies ikantaw u jiċċelebraw din ir-rebħa. Intant għada ixtru l-Gazzetta Speċjali ILLUM tal-Elezzjoni li se jkun fiha analiżi u rappurtaġġ dwar ir-riżultat. 

Video is unavailable at this time.

More in Politika