Għadek ma tafx kif se tivvota? Għadek ma tafx lil min trid Prim Ministru nhar it-Tnejn 27 ta' Marzu? Illejla ż-żewġ mexxejja se jkunu qed jiffaċċjaw lil xulxin għall-aħħar darba matul din il-kampanja elettorali hekk kif issa il-kampanja waslet prattikament fi tmiemha.
Id-dibattitu - ġie organizzat fil-11:00 a.m fil-bini tal-PBS u se jkun qed jitratta diversi temi fosthom l-ekonomija, il-governanza, Għawdex u aktar.
Segwu is-sit illum.com.mt għal rappurtaġġ estensiv u anke analiżi dwar dan id-dibbattitu.
Ara x'qal Robert Abela iktar kmieni illum dwar it-traffiku kif ukoll dwar il-mandat u rikors li fetaħ (u aktar tard illejla tilef) il-Partit Nazzjonalista.
Ara x'qal Bernard Grech dwar it-trackless tram.