Grech jikkonferma li Trackless Tram se tfisser li 'jitwessgħu toroq fejn meħtieġ'

Bernard Grech jgħid illi trackless tram se tfisser illi jitwessgħu toroq fejn meħtieġ u jisħaq li huwa konxju li dan jista' jqajjem reżistenza, imma jgħid li Gvern Nazzjonalista "jħares l-art tan-nies"

Bernard Grech dalgħodu dieħel għad-dibattitu fil-PBS
Bernard Grech dalgħodu dieħel għad-dibattitu fil-PBS

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ikkonferma dak li fil-fatt qal id-Deputat Toni Bezzina pero' mar kontra dak li qal id-Deputat Ryan Callus dwar it-trackless tram. F'kummenti mal-illum.com.mt huwa kkonferma li l-proġett tat-Trackless Tram se jwassal "biex jitwessgħu toroq fejn hemm bżonn." F'dibattitu mill-Awtorita tax-Xandir id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus ċaħad li dan il-proġett se jfisser twessigħ ta' toroq u qal li dan it-twessigħ ta' toroq mhux se jsir sabiex ma titteħidx aktar art. Callus qal li minflok se jitwessgħu t-toroq Gvern Nazzjonalista juża karreġġjata diġà eżistenti.  Bezzina iżda, waqt konferenza tal-PN ċaħad li huwa l-każ u qal illi se jkun hemm karreġjata apposta għat-Trackless Tram. 

Illum, wara d-dibattitu li sar fil-PBS, Grech qal li l-PN "minn dejjem kien ċar dwar it-trackless tram" u li din se tieħu karreġġjata, fejn meħtieġ jitwessgħu toroq u fejn hemm bżonn isiru mini wkoll. 

Huwa imbagħad dawwar il-kanuni fuq il-Partit Laburista u qal li t-trackless tram huwa l-uniku proġett ta' trasport tal-massa li hemm fil-manifesti għax "Abela ma qalilna xejn..."

Mistoqsi huwiex konxju tal-fatt li twessigħ ta' toroq se tfisser li tittieħed aktar art u jekk huwiex konxju tal-fatt li dan se jwassal għal ħafna protesti bħal ma rajna fl-aħħar snin - inkluż minn bdiewa - Grech qal li huwa konxju ta' dan u qal li "fejn hemm bżonn irid isir dak li huwa meħtieġ, filwaqt li nħarsu l-art tan-nies." 

Huwa qal illi l-fatt li llum minħabba inċident reġa'ġġammja t-traffiku mhuwiex aċċettabbli għalih u allura jisħaq li hemm bżonn ta' soluzzjonijiet. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jikkonferma li trackless tram se jfisser li ċertu iridu jitwessgħu

More in Elezzjoni 2022