L-Amerikani jistgħu jibdew jirċievu l-vaċċin kontra l-Covid-19 sa mill-11 ta’ Diċembru u dan skont il-Kap tal-Istati Uniti għall-programm tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Intervistat mis-CNN, Dr Moncef Slaoui qal li l-pjan huwa li d-dożi tal-vaċċin jibdew jaslu fil-postijiet fejn se jsir it-tilqim fi żmien 24 siegħa minn meta dan ikun approvat.
Minn meta feġġet il-pandemija, fl-Istati Uniti kien hemm aktar minn 12-il miljun każ u aktar minn 255,000 mewta.
Fil-fatt, l-Amerka kienet l-agħar milquta mill-pandemija.
Il-kumpaniji Pfizer u BioNTech, issottomettew applikazzjoni nhar il-Ġimgħa quddiem ir-regolatur biex il-vaċċin ikun jista’ jibda jintuża fl-Istati Uniti.
Dan il-vaċċin, li jirrikjedi żewġ dożi, jidher li huwa 95% effettiv fil-ġlieda kontra l-vaċċin, anke fost l-anzjani.
Pfizer qed tittama li tkun kapaċi tipproduċi sa 50 miljun doża sal-aħħar tas-sena.
Fil-fatt, il-Kumitat tal-Food and Drug Administration (FDA) se jkun qed jitlaqqa’ fl-10 ta’ Diċembru biex jiddiskuti l-awtorizzazzjoni tal-vaċċin.
Aqra wkoll: