Il-vaċċin ta' Pfizer u BioNTech huwa 94% effettiv fost l-anzjani

Fil-fatt, Pfizer u BioNTech se jkunu qed japplikaw mar-regolatur fl-Istati Uniti għall-użu urġenti tal-vaċċin

L-aħħar riżultati dwar il-vaċċin kontra l-Covid-19 li żviluppaw il-kumpaniji Pfizer u BioNTech urew kif anke dan huwa 95% effettiv.

Apparti minn hekk, l-istess riżultati wrew li dan il-vaċċin huwa 94% effettiv fost l-anzjani wkoll.

Iż-żewġ kumpaniji ħarġu aktar analiżi dettaljata tat-testijiet tagħhom li qed isiru wara li jiem ilu qalu li l-vaċċin tagħhom huwa 90% effettiv.

Fil-fatt, Pfizer u BioNTech se jkunu qed japplikaw mar-regolatur fl-Istati Uniti għall-użu urġenti tal-vaċċin.

Skont il-kumpanija, minn fost 170 voluntier li ħadu sehem fit-testijiet u żviluppaw il-Covid-19, kien hemm biss tmien persuni li kienu tlaqqmu bil-vaċċin.

Il-kumpaniji qalu wkoll li ma kien hemm l-ebda effetti sekondarji serji, anke jekk uħud mill-pazjenti żviluppaw xi ftit ta’ uġigħ ta’ ras u għejja.

Il-Kummissjoni Ewropea laħqet ftehim mal-kumpaniji biex tingħata 300 miljun doża malli l-vaċċin jitpoġġa fis-suq.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, anke l-kumpanija Moderna spjegat kif l-ewwel riżultati tat-tielet fażi tal-vaċċin urew li dan huwa 95% effettiv. 

More in Socjali