Hermoso ddaħħal rikors rigward il-bewsa minn Rubiales wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa

Din kapaċi twassal sabiex il-President tal-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola jaffaċċja proċeduri kriminali

Il-plejer ta’ Spanja Jenni Hermoso daħlet rikors fuq il-bewsa li ingħatat mill-President tal-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola Luis Rubiales. Dan wara li hu taha bewsa fuq xufftejha wara li Spanja rebħu t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, li hi qed tallega li kienet mingħajr kunsens. Dan ir-rikors ifisser li Rubiales kapaċi jaffaċja procedure legali.

Minn naħa tiegħu, Rubiales qed jisħaq li din kienet b’kunsens, iżda diġa kien sospiż proviżjonalment mill-FIFA.

Fid-29 t’Awwissu, il-prosekuzzjoni Spanjola fetħet investigazzjoni preliminarja fuq jekk l-inċident kienx jammonta għal reat ta’ fastidju sesswali. Stqarrija maħruġa mill-għola Qorti Kriminali fi Spanja qed tgħid li, “Mill-istqarriji pubbliċi li għamlet Jennifer Hermoso, l-att sesswali li kienet suġġetta għalih minn Luis Rubiales ma kienx b’kunsens.”

Żiedet ukoll li esperti legali għamlu kuntatt ma’ Hermoso sabiex joffrulha l-għażla t’azzjoni legali, sabiex ikollha cans tagħmel kuntatt mal-prosekuturi fi żmien 15-il ġurnata minn meta irċeviet informazzjoni dwar id-drittijiet tagħha bħala allegatament vittma ta’ fastidju soċjali.

“Sabiex tipproċedi b’każ ta’ fastidju jew abbuż sesswali, hija neċessarja li l-vittma jew l-avukati tagħha idaħħlu rikors,” temmet l-istqarrija. Issa jidher li Hermoso daħlet ir-rikors it-Tlieta, 5 ta’ Settembru.

Rubiales, li qabel kien diġa deher jaqbad il-parti tiegħu waqt li jiċċelebra r-rebħa ta’ 1-0 ta’ Spanja fuq l-Ingilterra, irrifjuta ripetittivament milli jirriżenja.

Bejn wieħed u ieħor 81 plejer Spanjol, li jinkludu it-23 rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, saħqu li m’humiex se jirrappreżentaw lill-pajjiż sakemm Rubiales idum President.

It-Tlieta 5 ta’ Settembru wkoll, tħabbret it-tkeċċija tal-kowċ tat-tim li wassalhom għar-rebħ tat-Tazza, Jorge Vilda.

More in Barranin