Ingilterra: Jitkeċċa minn xogħlu minħabba skorretezza politika

Steve Bell, kartunista li kien jaħdem ma‘ The Guardian spiċċa bla xogħol wara li ppublika tpinġija tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu

Tpinġija kontroversjali tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu bl-istrixxa ta‘Gaża mnaqqxa fuq żaqqu, lest biex jaqta'
Tpinġija kontroversjali tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu bl-istrixxa ta‘Gaża mnaqqxa fuq żaqqu, lest biex jaqta'

Steve Bell, kartunista li kien jaħdem ma’ The Guardian spiċċa mkeċċi minn xogħlu wara li ħoloq tpinġija li tillustra lill-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu bl-istrixxa ta‘Gaża mnaqqxa fuq żaqqu

Fit-tpinġija, il-Prim Ministru Iżraeljan deher liebes par ingwanti kannella u qed iżomm xaffra f’idu  ,lest biex jaqta’ il-forma tal-istrixxa ta‘ Gaża, bil- frażi “Residents of Gaza, get out now”.

Kritiċi għamlu referenza għal reċta ta‘ Shakespear; The Merchant of Venice, fejn fiha l-karattru Shylock  jew il-moneylender’, jitlob “a pound of flesh” bħala ħlas mingħand dawk li ma jkunux jistgħu jħallsuh lura.  Shylock huwa kkunsidrat bħala l-ikbar stereotip Lhudi fil-letteratura Ingliża minħabba  l-kilba li għandu għal flus.

Mill-banda l-oħra, diversi persuni qed jgħidu li Bell ġie mkeċċi minħabba li skonthom wettaq xogħol anti-semitiku.

More in Barranin